Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CO0426

Sommarju tad-digriet

Court reports – general

Kawża C‑426/13 P(R)

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

“Appell — Digriet għal miżuri provviżorji — Valuri ta’ limitu għaċ-ċomb, il-barju, l-arseniku, l-antimonju, il-merkurju, in-nitrosammini u s-sustanzi nitrosatabbli fil-ġugarelli — Dispożizzjonijiet notifikati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja li jinżammu l-valuri ta’ limitu nazzjonali għal dawn is-sustanzi — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tapprova totalment dawn id-dispożizzjonijiet”

Sommarju – Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2013

  1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni

    (Artikolu 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2))

  2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Appell kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba ta’ Stat Membru li jżomm dispożizzjonijiet nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni – Aggravji li jippermettu li jiġi stabbilit li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet għal għoti tad-deroga mfittxija – Aggravji mhux prima face infondati

    (Artikolu 114(4) TFUE u 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2))

  3. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Protezzjoni tas-saħħa pubblika – Prinċipju ta’ prekawzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni mill-Imħallef għal miżuri provviżorji

    (Artikolu 279 TFUE)

  4. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Applikazzjoni għall-appelli kontra digriet għal miżuri provviżorji

    (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 57, u l-Artikolu 58)

  5. Appell – Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 81)

  6. Saħħa pubblika – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Bażi legali – Adozzjoni ta’ miżuri ta’ armonizzazzjoni – Esklużjoni

    (Artikoli 114(3) TFUE u 168(1)u (5) TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 40)

  2.  Il-kundizzjoni tal-fumus boni juris ġiet issodisfatta peress li teżisti, fl-istadju tal-proċeduri għal miżuri provviżorji, kontroversja importanti fejn is-soluzzjoni ma hijiex mal-ewwel evidenti, b’mod li, prima face, ir-rikors ma huwiex nieqes minn bażi serju. Fil-fatt, peress li l-għan tal-proċeduri għal miżuri provviżorji huwa li tiġi mħarsa l-effikaċità sħiħa tad-deċiżjoni definittiva sabiex iseħħ, bil-għan li tiġi evitata lakuna fil-protezzjoni ġuridika mwettqa mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-Imħallef għal miżuri provviżorji għandu jillimita ruħu li jevalwa prima face il-fondatezza tal-motivi mressqa fil-kuntrast tal-kawża fuq il-mertu sabiex jiġi stabbilit jekk teżistix probabbiltà ta’ suċċess ta’ rikors suffiċjentement kbir.

    Fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tilqax it-talba ta’ Stat Membru, taħt l-Artikolu 114(4) TFUE, bil-għan li jikseb l-approvazzjoni taż-żamma tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkompatibbli mad-direttiva ta’ armonizzazzjoni, huma rilevanti għall-finijiet tal-eżami tal-fumus boni juris, il-kuntest speċifiku tal-proċeduri previst fl-imsemmi Artikolu 114(4), u b’mod partikolari l-fatt li huwa l-Istat Membru li għandu juri li d-deroga li huwa jfittex hija ġġustifikata, kif ukoll il-marġni ta’ diskrezzjoni li għandha l-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Madankollu, din ir-rilevanza tfisser biss li l-Imħallef għal miżuri provviżorji, meta jivverifika jekk l-Istat Membru li jfittex l-adozzjoni ta’ miżura provviżorja ppreżenta motivi li jistgħu, prima face, jistabbilixxu l-eżistenza ta’ illegalità mwettqa mill-Kummissjoni u, għalhekk, dik ta’ fumus boni juris, għandha tikkunsidra l-fatt li huwa l-Istat Membru li għandu jistabbilixxi, fl-istadju tal-proċeduri amministrattivi, li l-kundizzjonijiet għall-għoti tad-deroga mfittxija jiġu ssodisfatti. Din ir-rilevanza ma tfissirx, min-naħa l-oħra, li l-Istat Membru jkun marbut li jistabbilixxi b’mod definittiv, fl-istadju tal-proċeduri għal miżuri provviżorji, li dawn l-istess kundizzjonijiet ikunu ssodisfatti. Fil-fatt, jekk l-imħallef għal miżuri provviżorji għandu jieħu pożizzjoni fuq din l-aħħar kwistjoni, huwa neċessarjament jiddeċiedi fuq aspett tal-fondatezza tar-rikors fuq il-mertu ppreżentat mill-Istat Membru kkonċernat u jeċċedi, b’hekk, il-limiti tal-kompetenzi proprji tiegħu.

    (ara l-punti 41-44)

  3.  Peress li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu, taħt il-prinċipju tal-prekawzjoni, jieħdu miżuri ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem mingħajr ma jkollhom għalfejn jistennew li r-realtà u l-gravità ta’ dawn ir-riskji għas-saħħa jiġu ppruvati b’mod eżawrjenti, l-Imħallef għal miżuri provviżorji ma jwettaq l-ebda żball ta’ liġi f’din il-kawża meta kkunsidra, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tiegħu tal-probabbiltà li jseħħ dannu gravi u irreparabbli, u suġġett tal-ibbilanċjar tal-interessi, li l-applikazzjoni, anki provviżorja, tal-valuri li jistgħu jkunu mhux l-iktar effettivi għall-finijiet tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u, b’mod iktar partikolari, dik tat-tfal, hija suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit, b’livell ta’ probabbiltà suffiċjenti, li fil-futur iseħħ dannu gravi u irreparabbli.

    (ara l-punt 54)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 56)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 66)

  6.  L-Artikolu 168(5) TFUE jeskludi kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u tar-regolamenti tal-Istati Membri li huma intiżi għall-ħarsien u għat-titjib tas-saħħa tal-bniedem. Ċertament, miżuri ta’ armonizzazzjoni adottati fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt primarju jistgħu jkollhom effett fuq il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-istess artikolu jipprovdi min-naħa l-oħra li livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem hija żgurata fid-definizzjoni u l-implementazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet kollha tal-Unjoni u l-Artikolu 114(3) TFUE jipprovdi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistinkaw li jilħqu dan l-għan fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħhom fir-rigward tat-twettiq tas-suq intern. Madankollu, l-użu ta’ dispożizzjonijiet oħra tad-dritt primarju bħala bażi legali ma jsirx sabiex tiġi evitata l-esklużjoni speċifika ta’ kull armonizzazzjoni bil-għan li tiġi protetta u mtejba s-saħħa tal-bniedem.

    (ara l-punt 75)

Top

Kawża C‑426/13 P(R)

Il-Kummissjoni Ewropea

vs

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

“Appell — Digriet għal miżuri provviżorji — Valuri ta’ limitu għaċ-ċomb, il-barju, l-arseniku, l-antimonju, il-merkurju, in-nitrosammini u s-sustanzi nitrosatabbli fil-ġugarelli — Dispożizzjonijiet notifikati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja li jinżammu l-valuri ta’ limitu nazzjonali għal dawn is-sustanzi — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tapprova totalment dawn id-dispożizzjonijiet”

Sommarju – Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2013

  1. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni

    (Artikolu 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2))

  2. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali — Appell kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba ta’ Stat Membru li jżomm dispożizzjonijiet nazzjonali inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni — Aggravji li jippermettu li jiġi stabbilit li huma sodisfatti l-kundizzjonijiet għal għoti tad-deroga mfittxija — Aggravji mhux prima face infondati

    (Artikolu 114(4) TFUE u 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2))

  3. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Protezzjoni tas-saħħa pubblika — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni mill-Imħallef għal miżuri provviżorji

    (Artikolu 279 TFUE)

  4. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Applikazzjoni għall-appelli kontra digriet għal miżuri provviżorji

    (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 57, u l-Artikolu 58)

  5. Appell — Aggravji — Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 81)

  6. Saħħa pubblika — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Bażi legali — Adozzjoni ta’ miżuri ta’ armonizzazzjoni — Esklużjoni