This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0216
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Court reports – general
Kawżi magħquda C‑216/12 u C‑217/12
Caisse nationale des prestations familiales
vs
Fjola Hliddal (C‑216/12) u Pierre-Louis Bornand (C‑217/12)
[talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Cour de cassation (il‑Lussemburgu)]
“Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera — Ċittadini Svizzeri li jirrisjedu fl-Isvizzera u li jaħdmu fil-Lussemburgu — Għoti ta’ allowance ta’ leave parentali — Kunċett ta’ ‘benefiċċju tal-familja’”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Portata – Ftehim KE-Svizzera fuq il-moviment liberu tal-persuni – Inklużjoni fid-dawl tal-għoti, permezz ta’ dan il-ftehim, liċ-ċittadini Svizzeri ta’ benefiċċji msemmija fir-Regolament Nru 1408/71
(Ftehim KE-Svizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni, Anness II; Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, Artikoli 1(u)(i), u 4(1)(h))
Sigurtà soċjali – Benefiċċji tal-familja – Kunċett – Benefiċċju ta’ leave parentali – Inklużjoni
(Artikolu 157 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, Artikoli 1(u), (i), u 4(1)(h))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 37-39)
L-Artikoli 1(u)(i), u 4(1)(h) tar-Regolament Nru 1408/71, dwar il-pubblikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità għandhom jiġu interpretati fis-sens li allowance għal leave parentali, li tingħata abbażi ta’ sitwazzjoni legalment iddefinita indipendentement minn kull evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-bżonnijiet personali, tikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens ta’ dan ir-regolament.
Fil-fatt, fl-ewwel lok, tali allowance ma tistax tikklassifika bħala remunerazzjoni fis-sens tal-Artikolu 157 TFUE peress li, minn naħa, il-ħaddiem jinsab f’sitwazzjoni li hija kkaratterizzata mis-sospensjoni tal-kuntratt tax-xogħol tiegħu u li, min-naħa l-oħra, imkien ma jirriżulta li din l-allowance hija mħallsa, anki indirettament, mill-persuna stess li timpjega.
Fit-tieni lok, tali allowance lanqas ma tikkostitwixxi dħul ta’ sostituzzjoni li jixbah lill-benefiċċju tal-qgħad sa fejn il-persuna li tibbenefika minnha ma tilfitx l-impjieg tagħha, iżda ddeċidiet biss li tissospendi xogħolha.
Fit-tielet lok, il-benefiċċji tal-familja huma intiżi sabiex jgħinu soċjalment lill-ħaddiema li għandhom ir-responsabbiltà ta’ familja billi tipparteċipa s-soċjetà f’dawn l-ispejjeż. F’dan ir-rigward, il-kunċett ta’ kumpens tal-ispejjeż tal-familja, imsemmi fl-Artikolu 1(u)(i) tar-Regolament Nru 1408/71 huwa intiż, b’mod partikolari, bħala kontribuzzjoni pubblika għall-baġit tal-familja, intiża sabiex tnaqqas l-ispejjeż li jirriżultaw mill-kura tal-ulied. Fir-rigward tal-allowances għall-interruzzjoni tal-karriera mogħtija, taħt ċerti kundizzjonijiet, lil ħaddiema li jinterrompu l-karriera tagħhom fil-kuntest ta’ leave parentali, dan it-tip ta’ benefiċċju, simili għal allowance għal leave parentali, għandu jitqies li huwa benefiċċju tal-familja.
(ara l-punti 41-44, 49, 51-55, 58-60 u d-dispożittiv)
Kawżi magħquda C‑216/12 u C‑217/12
Caisse nationale des prestations familiales
vs
Fjola Hliddal (C‑216/12) u Pierre-Louis Bornand (C‑217/12)
[talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Cour de cassation (il‑Lussemburgu)]
“Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera — Ċittadini Svizzeri li jirrisjedu fl-Isvizzera u li jaħdmu fil-Lussemburgu — Għoti ta’ allowance ta’ leave parentali — Kunċett ta’ ‘benefiċċju tal-familja’”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013
Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Portata — Ftehim KE-Svizzera fuq il-moviment liberu tal-persuni — Inklużjoni fid-dawl tal-għoti, permezz ta’ dan il-ftehim, liċ-ċittadini Svizzeri ta’ benefiċċji msemmija fir-Regolament Nru 1408/71
(Ftehim KE-Svizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni, Anness II; Regolament tal-Kunsill Nru 1408/71, Artikoli 1(u)(i), u 4(1)(h))
Sigurtà soċjali — Benefiċċji tal-familja — Kunċett — Benefiċċju ta’ leave parentali — Inklużjoni