Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0251

    Sommarju tas-sentenza

    Court reports – general

    Kawża C‑251/12

    Christian Van Buggenhout u Ilse Van de Mierop

    vs

    Banque Internationale à Luxembourg SA

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de commerce de Bruxelles)

    “Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Proċeduri ta’ insolvenza — Artikolu 24(1) — Eżekuzzjoni ta’ obbligu ‘għal benefiċċju ta’ debitur li jkun suġġett għal proċedimenti ta’ falliment’ — Ħlas lil kreditur ta’ dan id-debitur”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013

    1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċeduri ta’ insolvenza – Regolament Nru 1346/2000 – Eżekuzzjoni ta’ obbligu għall-benefiċċju tad-debitur – Dispożizzjoni tad-dritt materjali

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, Artikolu 24)

    2. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika

    3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċeduri ta’ insolvenza – Regolament Nru 1346/2000 – Eżekuzzjoni ta’ obbligu għall-benefiċċju tad-debitur – Kamp ta’ applikazzjoni – Ħlas fuq ordni ta’ debitur suġġett għal proċedura ta’ insolvenza lil kreditur ta’ dan tal-aħħar – Esklużjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, Artikolu 24(1))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 23)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 26, 27)

    3.  L-Artikolu 24(1), tar-Regolament Nru 1346/2000, dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ħlas imwettaq, fuq ordni ta’ debitur suġġett għal proċedura ta’ insolvenza, lil kreditur ta’ dan tal-aħħar.

      Fil-fatt, il-persuni protetti minn din id-dispożizzjoni huma d-debituri tad-debitur fallut li, direttament jew permezz ta’ intermedjarju, jeżegwixxu in bona fide obbligu għall-benefiċċju ta’ dan tal-aħħar.

      Għalhekk, bank li eżegwixxa, fuq ordni u għan-nom tad-debitur fallut, ħlas, anki jekk huwa ssodisfa obbligu assunt fir-rigward ta’ dan id-debitur, ma eżegwixxiex dan l-obbligu “għal benefiċċju ta’” dan tal-aħħar fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1346/2000, peress li l-imsemmi debitur ma kienx il-benefiċjarju tal-imsemmi ħlas.

      (ara l-punti 31, 32, 38 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C‑251/12

    Christian Van Buggenhout u Ilse Van de Mierop

    vs

    Banque Internationale à Luxembourg SA

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de commerce de Bruxelles)

    “Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 1346/2000 — Proċeduri ta’ insolvenza — Artikolu 24(1) — Eżekuzzjoni ta’ obbligu ‘għal benefiċċju ta’ debitur li jkun suġġett għal proċedimenti ta’ falliment’ — Ħlas lil kreditur ta’ dan id-debitur”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013

    1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċeduri ta’ insolvenza — Regolament Nru 1346/2000 — Eżekuzzjoni ta’ obbligu għall-benefiċċju tad-debitur — Dispożizzjoni tad-dritt materjali

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, Artikolu 24)

    2. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni — Metodi — Interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika

    3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċeduri ta’ insolvenza — Regolament Nru 1346/2000 — Eżekuzzjoni ta’ obbligu għall-benefiċċju tad-debitur — Kamp ta’ applikazzjoni — Ħlas fuq ordni ta’ debitur suġġett għal proċedura ta’ insolvenza lil kreditur ta’ dan tal-aħħar — Esklużjoni