Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0089

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-89/11 P

E.ON Energie AG

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Rikors għal annullament kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-iffissar ta’ multa għal ksur ta’ siġill — Oneru tal-prova — Żnaturament tal-provi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ammont tal-multa — Ġurisdizzjoni sħiħa — Prinċipju ta’ proporzjonalità”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Novembru 2012

  1. Proċedura ġudizzjarja – Proċedura orali – Ftuħ mill-ġdid – Obbligu ta’ ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali sabiex jippermettu lill-partijiet jippreżentaw osservazzjonijiet fuq punti ta’ liġi mqajma fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali – Assenza

    (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 252; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 61)

  2. Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament – Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti – Ammissibbiltà

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

  3. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet fundamentali – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni – Applikabbiltà

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Artikolu 48(1))

  4. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur li jikkonsisti fil-konklużjoni ta’ ftehim antikompetittiv – Deċiżjoni sostnuta minn provi suffiċjenti sabiex turi l-eżistenza tal-ksur – Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur

    (Artikoli 81 KE u 82 KE)

  5. Appell – Aggravji – Inkonsistenza fir-raġunament tal-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda l-oneru tal-prova – Ammissibbiltà

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58(1))

  6. Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà – Kontestazzjoni tal-interpretazzjoni jew tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mwettqa mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c))

  7. Proċedura ġudizzjarja – Miżuri istruttorji – Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 65 u 66)

  8. Appell – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Eżami mill-ġdid, għal raġunijiet ta’ ekwità, tal-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fuq l-ammont tal-multi imposti fuq impriżi li jkunu kisru r-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat – Esklużjoni – Eżami mill-ġdid ta’ din l-evalwazzjoni minħabba ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Ammissibbiltà

    Artikolu 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

  9. Kompetizzjoni – Multi – Kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ multi mill-Kummissjoni – Ksur imwettaq intenzjonalment jew b’mod negliġenti – Ksur ta’ siġill – Ksur serju min-natura tiegħu stess

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 20(2)(d), u 23(1)(e))

  10. Kompetizzjoni – Multi – Kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ multi mill-Kummissjoni – Ksur imwettaq intenzjonalment jew b’mod negliġenti – Ksur ta’ siġill – Neċessità li jiġi żgurat effett dissważiv tal-multa

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(1)(e) u (2))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 61, 62)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 64, 65, 96, 100, 101, 106, 115)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 72, 73)

  4.  Jekk il-Kummissjoni tikkonstata ksur tar-regoli dwar il-kompetizzjoni billi tibbaża ruħha fuq is-suppożizzjoni li l-fatti stabbiliti ma jistgħux jiġu spjegati għajr bl-eżistenza ta’ aġir antikompetittiv, il-qorti tal-Unjoni ser ikollha tannulla d-deċiżjoni inkwistjoni meta l-impriżi kkonċernati jargumentaw b’mod li jagħti dawl differenti fuq il-fatti stabbiliti mill-Kummissjoni u li għalhekk jippermetti l-bdil ta’ spjegazzjoni plawżibbli oħra tal-fatti minflok dik adottata mill-Kummissjoni sabiex tikkonkludi għall-eżistenza ta’ ksur. Fil-fatt, f’każ bħal dan, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni pproduċiet il-prova tal-eżistenza ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni.

    Madankollu, peress li l-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi li impriża pparteċipat f’laqgħat bejn impriżi li kienu ta’ natura manifestament antikompetittiva, hija din tal-aħħar li trid tipprovdi spjegazzjoni oħra tal-kontenut ta’ dawn il-laqgħat. Dan la jimplika li indebitament inqalbet l-oneru tal-prova u lanqas ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza.

    Bl-istess mod, billi l-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq provi li, bħala prinċipju, huma suffiċjenti sabiex juru l-eżistenza tal-ksur, ma huwiex biżżejjed li l-impriża kkonċernata ssemmi l-possibbiltà li seħħ fatt li jista’ jaffettwa l-valur probatorju ta’ dawn il-provi sabiex il-Kummissjoni jkollha l-oneru li tipprova li dan il-fatt ma setax jaffettwa l-valur probatorju ta’ dawn il-provi. Bil-kontra, ħlief fil-każ li tali prova ma tkunx tista’ tiġi pprovduta mill-impriża kkonċernata minħabba l-aġir tal-Kummissjoni nnifisha, hija l-impriża kkonċernata li għandha tistabbilixxi suffiċjentement skont il-liġi, minn naħa, l-eżistenza tal-fatt li hija tinvoka u, min-naħa l-oħra, li dan il-fatt jikkontesta l-valur probatorju tal-provi li fuqhom tibbaża ruħha l-Kummissjoni.

    (ara l-punti 74-76)

  5.  Fil-kuntest ta’ appell, sa fejn rikorrent jikkontesta allegata kontradizzjoni bejn dispożizzjoni legali stabbilita f’sentenza tal-Qorti Ġenerali u l-implementazzjoni ta’ din ir-regola f’din l-istess sentenza, billi jqiegħed fid-dubju l-koerenza tar-raġunament segwit mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda l-oneru tal-prova, huwa jqajjem kwistjoni ta’ liġi dwar l-applikazzjoni ta’ dan id-dritt mill-Qorti Ġenerali. Tali aggravju huwa għalhekk inammissibbli.

    (ara l-punt 84)

  6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 112, 113)

  7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 115, 135)

  8.  B’mod konformi mal-Artikolu 261 TFUE u mal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, il-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni sħiħa f’dak li jirrigwarda l-multi ffissati mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali hija awtorizzata tmur lil hinn mis-sempliċi stħarriġ tal-legalità ta’ dawn il-multi u tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha ma’ dik tal-Kummissjoni u, konsegwentement, li tneħħi, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-penalità imposta.

    Għall-kuntrarju, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi fuq kwistjonijiet ta’ liġi fil-kuntest ta’ appell hija ma tistax tissostitwixxi, għal raġunijiet ta’ ekwità, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali b’tagħha billi tiddeċiedi, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, fuq l-ammont tal-multi imposti fuq l-impriżi minħabba l-ksur, minnhom, tad-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, huwa biss sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-livell tas-sanzjoni mhux biss ma hijiex xierqa, iżda wkoll eċċessiva, sal-punt li tkun sproporzjonata, li jkun hemm lok li jiġi kkonstatat żball ta’ liġi mill-Qorti Ġenerali, minħabba tan-natura mhux xierqa tal-ammont ta’ multa.

    (ara l-punti 123-126)

  9.  Fil-kuntest ta’ proċedura għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, ma huwiex rilevanti sabiex jiġi kkonstatat ksur tas-siġill, li xi ħadd fil-fatt daħal jew le fil-bini ssiġillat. Fil-fatt, l-għan tal-Artikoli 20(2)(d) u 23(1)(e) tar-Regolament Nru 1/2003 huwa li jipproteġi l-ispezzjonijiet mit-theddida li toħroġ mis-sempliċi fatt li s-siġill kien imkisser, li għalhekk jagħti lok għal dubju dwar l-integrità tal-provi fil-bini ssiġillat. Ksur ikkostitwit minn ksur ta’ siġill huwa partikolarment serju min-natura tiegħu stess u l-allegata assenza ta’ ftuħ tal-bieb tal-bini kkonċernat ma jbiddilx din l-evalwazzjoni.

    (ara l-punti 128, 129)

  10.  Bis-saħħa tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003, fil-każ ta’ konstatazzjoni ta’ ksur tar-regoli stabbiliti fl-Artikoli 81 KE u 82 KE, il-Kummissjoni tista’ timponi multa sa 10 % fuq id-dħul mill-bejgħ totali miksub mill-impriża kkonċernata matul is-sena finanzjarja ta’ qabel. Għalhekk, impriża li tostakola operazzjonijiet ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni, billi tikser siġilli mwaħħla minn din tal-aħħar sabiex tinżamm l-integrità ta’ dokumenti matul il-perijodu meħtieġ għall-ispezzjoni, tista’ billi jitneħħew il-provi miġbura mill-Kummissjoni, tevita tali sanzjoni u għalhekk għandha tiġi skoraġġuta, permezz tal-ammont tal-multa ffissata fl-applikazzjoni tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1/2003, milli taġixxi b’tali mod. Madankollu, mill-mument li jiġi kkonstatat ksur tas-siġill inkwistjoni, ma jistax jiġi eskluż li tali aġir seħħ.

    (ara l-punt 132)

Top

Kawża C-89/11 P

E.ON Energie AG

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Rikors għal annullament kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-iffissar ta’ multa għal ksur ta’ siġill — Oneru tal-prova — Żnaturament tal-provi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ammont tal-multa — Ġurisdizzjoni sħiħa — Prinċipju ta’ proporzjonalità”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Novembru 2012

  1. Proċedura ġudizzjarja — Proċedura orali — Ftuħ mill-ġdid — Obbligu ta’ ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali sabiex jippermettu lill-partijiet jippreżentaw osservazzjonijiet fuq punti ta’ liġi mqajma fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali — Assenza

    (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 252; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 61)

  2. Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament — Klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti — Ammissibbiltà

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

  3. Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni — Applikabbiltà

    (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Artikolu 48(1))

  4. Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur li jikkonsisti fil-konklużjoni ta’ ftehim antikompetittiv — Deċiżjoni sostnuta minn provi suffiċjenti sabiex turi l-eżistenza tal-ksur — Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur

    (Artikoli 81 KE u 82 KE)

  5. Appell — Aggravji — Inkonsistenza fir-raġunament tal-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda l-oneru tal-prova — Ammissibbiltà

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58(1))

  6. Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat — Inammissibbiltà — Kontestazzjoni tal-interpretazzjoni jew tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mwettqa mill-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà

    (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(c))

  7. Proċedura ġudizzjarja — Miżuri istruttorji — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 65 u 66)

  8. Appell — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Eżami mill-ġdid, għal raġunijiet ta’ ekwità, tal-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali fuq l-ammont tal-multi imposti fuq impriżi li jkunu kisru r-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat — Esklużjoni — Eżami mill-ġdid ta’ din l-evalwazzjoni minħabba ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Ammissibbiltà

    Artikolu 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31)

  9. Kompetizzjoni — Multi — Kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ multi mill-Kummissjoni — Ksur imwettaq intenzjonalment jew b’mod negliġenti — Ksur ta’ siġill — Ksur serju min-natura tiegħu stess

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 20(2)(d), u 23(1)(e))

  10. Kompetizzjoni — Multi — Kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta’ multi mill-Kummissjoni — Ksur imwettaq intenzjonalment jew b’mod negliġenti — Ksur ta’ siġill — Neċessità li jiġi żgurat effett dissważiv tal-multa