This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CJ0606
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
1. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Kodiċi Komunitarju dwar il-qsim tal-fruntieri — Regoli dwar ir-rifjut ta’ dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi — Kamp ta’ applikazzjoni — Ċittadini ta’ pajjiżi terzi suġġetti għall-obbligu ta’ viża, li għandhom permess temporanju ta’ residenza ta’ Stat Membru u li jixtiequ jidħlu mill-ġdid fih mill-fruntieri esterni taż-żona Schengen
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 562/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 81/2009, Artikolu 13)
2. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Kodiċi Komunitarju dwar il-qsim tal-fruntieri — Kundizzzjonijiet għad-dħul għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi — Kunċett ta’ “viża ta’ dħul mill-ġdid”
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 562/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 81/2009, Artikolu 5(4)(a), u Nru 810/2009, Artikolu 2)
3. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera — Kundizzjonijiet ta’ dħul għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi — Viża ta’ dħul mill-ġdid li tillimita d-dħul biss għall-punti ta’ qsim tal-fruntiera tat-territorju nazzjonali — Inammissibbiltà
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 562/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 81/2009, Artikolu 5(4)(a))
4. Atti tal-istituzzjonijiet — Regolamenti — Kodiċi Komunitarju dwar il-qsim tal-fruntieri — Projbizzjoni għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, detenturi ta’ permess temporanju ta’ residenza li telqu mit-territorju ta’ Stat Membru, li jidħlu mill-ġdid fih wara d-dħul fis-seħħ tal-imsemmi kodiċi — Assenza ta’ miżuri tranżitorji — Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Assenza
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 562/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 81/2009)
1. Ir-regoli dwar ir-rifjut ta’ dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi previsti fl-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 562/2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), kif emendat bir-Regolament Nru 81/2009, għandhom japplikaw ukoll għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi suġġetti għall-obbligu ta’ viża li jixtiequ jidħlu mill-ġdid mill-fruntieri esterni tal-Ispazju Schengen fl-Istat Membru li ħarġilhom permess temporanju ta’ residenza, mingħajr dħul għal dan il-għan fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.
(ara l-punt 41, id-dispożittiv 1)
2. Il-viża ta’ dħul mill-ġdid fis-sens tal-Artikolu 5(4)(a) tar-Regolament Nru 562/2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 81/2009, tikkostitwixxi permess ta’ Stat Membru li jista’ jiġi maħruġ lil ċittadin ta’ pajjiż terz li la jkollu permess ta’ residenza, la viża, u lanqas viża b’validità territorjali limitata fis-sens tal-Kodiċi dwar il-Viżi, li jippermettilu jitlaq minn dan l-Istat Membru għal għan speċifiku sabiex sussegwentement jerġa’ jidħol f’dan l-istess Stat.
Fil-fatt, mid-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 810/2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi), jirriżulta li l-“viża ta’ dħul mill-ġdid” fis-sens tal-Artikolu 5(4)(a) tar-Regolament Nru 562/2009 la hija “viża” fis-sens tal-kodiċi u lanqas “viża b’validità territorjali limitata” kif iddefinita fl-Artikolu 2(4) tal-Kodiċi dwar il-Viżi.
(ara l-punti 49, 51, 52)
3. L-Artikolu 5(4)(a) tar-Regolament Nru 562/2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 81/2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru li joħroġ lil ċittadin ta’ pajjiż terz viża ta’ dħul mill-ġdid fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ma jistax jillimita d-dħul fiż-żona Schengen biss għall-punti tat-territorju nazzjonali tiegħu.
(ara l-punt 56, id-dispożittiv 2)
4. Il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma jimponux li jkunu previsti miżuri tranżitorji għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu telqu mit-territorju ta’ Stat Membru, minkejja li kienu detenturi biss ta’ permess temporanju ta’ residenza maħruġ sakemm tiġi eżaminata l-ewwel talba għal permess ta’ residenza jew talba għal ażil, u li jkunu jixtiequ jidħlu mill-ġdid f’dan it-territorju wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 562/2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 81/2009.
(ara l-punt 83, id-dispożittiv 3)
Kawża C-606/10
Association nationale d’assistance aux frontières pour les étrangers (ANAFE)
vs
Ministre de l’Intérieur, de l’Outre-mer, des Collectivités territoriales et de l’immigration
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza)]
“Regolament (KE) Nru 562/2006 — Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) — Artikolu 13 — Ċittadini ta’ pajjiżi terzi detenturi ta’ permess temporanju ta’ residenza — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi d-dħul mill-ġdid ta’ dawn iċ-ċittadini fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess temporanju ta’ residenza fl-assenza ta’ viża ta’ dħul mill-ġdid — Kunċett ta’ ‘viża ta’ dħul mill-ġdid’ — Prassi amministrattiva preċedenti li kienet tippermetti d-dħul mill-ġdid mingħajr viża ta’ dħul mill-ġdid — Neċessità ta’ miżuri tranżitorji — Assenza”
Sommarju tas-sentenza
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Kodiċi Komunitarju dwar il-qsim tal-fruntieri – Regoli dwar ir-rifjut ta’ dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi – Kamp ta’ applikazzjoni – Ċittadini ta’ pajjiżi terzi suġġetti għall-obbligu ta’ viża, li għandhom permess temporanju ta’ residenza ta’ Stat Membru u li jixtiequ jidħlu mill-ġdid fih mill-fruntieri esterni taż-żona Schengen
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 562/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 81/2009, Artikolu 13)
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Kodiċi Komunitarju dwar il-qsim tal-fruntieri – Kundizzzjonijiet għad-dħul għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi – Kunċett ta’ “viża ta’ dħul mill-ġdid”
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 562/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 81/2009, Artikolu 5(4)(a), u Nru 810/2009, Artikolu 2)
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera – Kundizzjonijiet ta’ dħul għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi – Viża ta’ dħul mill-ġdid li tillimita d-dħul biss għall-punti ta’ qsim tal-fruntiera tat-territorju nazzjonali – Inammissibbiltà
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 562/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 81/2009, Artikolu 5(4)(a))
Atti tal-istituzzjonijiet – Regolamenti – Kodiċi Komunitarju dwar il-qsim tal-fruntieri – Projbizzjoni għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, detenturi ta’ permess temporanju ta’ residenza li telqu mit-territorju ta’ Stat Membru, li jidħlu mill-ġdid fih wara d-dħul fis-seħħ tal-imsemmi kodiċi – Assenza ta’ miżuri tranżitorji – Ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Assenza
(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 562/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 81/2009)
Ir-regoli dwar ir-rifjut ta’ dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi previsti fl-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 562/2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), kif emendat bir-Regolament Nru 81/2009, għandhom japplikaw ukoll għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi suġġetti għall-obbligu ta’ viża li jixtiequ jidħlu mill-ġdid mill-fruntieri esterni tal-Ispazju Schengen fl-Istat Membru li ħarġilhom permess temporanju ta’ residenza, mingħajr dħul għal dan il-għan fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.
(ara l-punt 41, id-dispożittiv 1)
Il-viża ta’ dħul mill-ġdid fis-sens tal-Artikolu 5(4)(a) tar-Regolament Nru 562/2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 81/2009, tikkostitwixxi permess ta’ Stat Membru li jista’ jiġi maħruġ lil ċittadin ta’ pajjiż terz li la jkollu permess ta’ residenza, la viża, u lanqas viża b’validità territorjali limitata fis-sens tal-Kodiċi dwar il-Viżi, li jippermettilu jitlaq minn dan l-Istat Membru għal għan speċifiku sabiex sussegwentement jerġa’ jidħol f’dan l-istess Stat.
Fil-fatt, mid-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 810/2009, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi), jirriżulta li l-“viża ta’ dħul mill-ġdid” fis-sens tal-Artikolu 5(4)(a) tar-Regolament Nru 562/2009 la hija “viża” fis-sens tal-kodiċi u lanqas “viża b’validità territorjali limitata” kif iddefinita fl-Artikolu 2(4) tal-Kodiċi dwar il-Viżi.
(ara l-punti 49, 51, 52)
L-Artikolu 5(4)(a) tar-Regolament Nru 562/2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 81/2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru li joħroġ lil ċittadin ta’ pajjiż terz viża ta’ dħul mill-ġdid fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ma jistax jillimita d-dħul fiż-żona Schengen biss għall-punti tat-territorju nazzjonali tiegħu.
(ara l-punt 56, id-dispożittiv 2)
Il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma jimponux li jkunu previsti miżuri tranżitorji għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu telqu mit-territorju ta’ Stat Membru, minkejja li kienu detenturi biss ta’ permess temporanju ta’ residenza maħruġ sakemm tiġi eżaminata l-ewwel talba għal permess ta’ residenza jew talba għal ażil, u li jkunu jixtiequ jidħlu mill-ġdid f’dan it-territorju wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 562/2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 81/2009.
(ara l-punt 83, id-dispożittiv 3)