Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0135

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-135/10

Società Consortile Fonografici (SCF)

vs

Marco Del Corso

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Torino)

“Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Applikabbiltà diretta fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tal-Ftehim TRIPs u tad-WPPT — Direttiva 92/100/KE — Artikolu 8(2) — Direttiva 2001/29/KE — Kunċett ta’ ‘komunikazzjoni lill-pubbliku’ — Komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogrammi mxandra permezz tar-radju fi klinika ta’ dentist”

Sommarju tas-sentenza

  1. Ftehim internazzjonali — Ftehim dwar l-aspett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirrigwardaw il-kummerċ (TRIPs) — Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi — Applikabbiltà fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni — Assenza ta’ effett dirett

    (Ftehim TRIPs; Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi)

  2. Ftehim internazzjonali — Konvenzjoni ta’ Ruma għall-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi u organizzazzjonijiet tax-xandir — Inapplikabbiltà fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni — Effetti indiretti

    (Konvenzjoni ta’ Ruma għall-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi u organizzazzjonijiet tax-xandir)

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttivi 92/100 u 2001/29 — Kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku — Interpretazzjoni fid-dawl tad-dritt internazzjonali

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29, Direttiva tal-Kunsill 92/100)

  4. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Dritt ta’ kiri u ta’ self ta’ xogħlijiet protetti — Direttiva 92/100 — Komunikazzjoni lill-pubbliku — Kunċett — Xandir b’xejn ta’ fonogrammi fi klinika privata ta’ dentist — Esklużjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 92/100, Artikolu 8(2))

  1.  Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, li jikkostitwixxi l-Anness 1 C tal-Ftehim li jistitwixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (Ftehim TRIPs), u tat-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi, huma applikabbli fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.

    L-individwi ma jistgħux jibbażaw rwieħhom direttament la fuq l-imsemmi ftehim u lanqas fuq it-trattat imsemmi iktar ’il fuq.

    (ara l-punt 56 u d-dispożittiv 1)

  2.  Peress li l-Konvenzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi u organizzazzjonijiet tax-xandir, iffirmata f’Ruma, ma hijiex parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, hija ma hijiex applikabbli fiha. Madankollu hija tipproduċi fiha effetti indiretti peress li, skont l-Artikolu 1(1), tat-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi, l-Unjoni hija marbuta li ma tfixkilx l-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw taħt il-Konvenzjoni.

    L-individwi ma jistgħux jibbażaw irwieħhom direttament fuq l-imsemmija konvenzjoni.

    (ara l-punti 50, 56 u d-dispożittiv 1)

  3.  Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”, li jinsab fid-Direttivi 92/100, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, u 2001/29, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fid-dawl tal-kunċetti ekwivalenti li jinsabu fil-ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, li jikkostitwixxi l-Anness 1 C tal-Ftehim li jistitwixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (Ftehim TRIPs), tat-Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi, u tal-Konvenzjoni internazzjonali għall-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi u organizzazzjonijiet tax-xandir, iffirmata f’Ruma.

    Dan il-kunċett għandu jiġi interpretat b’tali mod li jibqa’ kompatibbli mal-ftehim, it-trattat u l-konvenzjoni ċċitati iktar ’il fuq, billi jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-kuntest li fih tali kunċetti jinsabu u l-għan segwit mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-konvenzjonijiet dwar il-proprjetà intellettwali.

    (ara l-punt 56 u d-dispożittiv 1)

  4.  Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/100, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix ix-xandir b’xejn ta’ fonogrammi fi klinika ta’ dentist, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ professjoni libera, għall-benefiċċju tal-klijentela li tgawdi minnu indipendentement mir-rieda tagħha. Għaldaqstant, tali xandir ma jagħtix dritt għall-ġbir ta’ remunerazzjoni favur produtturi ta’ fonogrammi.

    Fil-fatt, il-klijenti ta’ dentist normalment jiffurmaw grupp ta’ persuni li l-kompożizzjoni tiegħu huwa ħafna minnu stabbli u huma jiffurmaw għaldaqstant grupp ta’ destinatarji potenzjali speċifiku, peress li l-persuni l-oħrajn ma għandhomx, bħala prinċipju, aċċess għat-trattament ta’ dan tal-aħħar. Għaldaqstant, ma jirrigwardax “persuni b’mod ġenerali”. Barra minn hekk, fir-rigward tan-numru kbir ta’ persuni li għalihom l-istess fonogramma tixxandar mid-dentist b’mod li tkun tista’ tinstema’, din il-pluralità ta’ persuni hija żgħira, anki insinjifikattiva, peress li ċ-ċirku ta’ nies preżenti fl-istess ħin fil-klinika tiegħu huwa, b’mod ġenerali, limitat ħafna. Barra minn hekk, għalkemm il-klijenti jinbidlu, xorta jibqa’ l-fatt li, preżenti abbażi ta’ rotazzjoni, dawn il-klijenti, bħala regola ġenerali, ma humiex destinatarji tal-istess fonogrammi, b’mod partikolari ta’ dawk imxandra bir-radju. Fl-aħħar nett, dentist li jxandar fonogrammi fil-preżenza tal-pazjenti tiegħu, bħala mużika fl-isfond, ma jistax raġonevolment jistenna żieda, minħabba dan ix-xandir biss, tal-klijentela tal-klinika tiegħu u lanqas li jżid il-prezz tat-trattament li huwa jipprovdi. Għaldaqstant, tali xandir ma jistax, fih innifsu, ikollu effett fuq id-dħul ta’ dan id-dentist. Fil-fatt, il-klijenti ta’ dentist imorru fi klinika ta’ dentist bil-għan biss li jkollhom trattament, peress li xandira ta’ fonogrammi ma hijiex inerenti għall-prattika ta’ trattament dentali. Huwa b’mod inċidentali u b’mod indipendenti mix-xewqat tagħhom li huma jibbenefikaw minn aċċess għal ċerti fonogrammi, skont il-ħin tal-wasla tagħhom fil-klinika u t-tul tal-istennija tagħhom kif ukoll tan-natura tat-trattament li huwa pprovdut lilhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi preżunt li l-klijentela normali ta’ dentist tkun riċettiva lejn ix-xandira inkwistjoni. Konsegwentement tali xandir ma għandux natura ta’ profitt.

    (ara l-punti 95-99, 102 u d-dispożittiv 2)

Top

Kawża C-135/10

Società Consortile Fonografici (SCF)

vs

Marco Del Corso

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Torino)

“Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Applikabbiltà diretta fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tal-Ftehim TRIPs u tad-WPPT — Direttiva 92/100/KE — Artikolu 8(2) — Direttiva 2001/29/KE — Kunċett ta’ ‘komunikazzjoni lill-pubbliku’ — Komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ fonogrammi mxandra permezz tar-radju fi klinika ta’ dentist”

Sommarju tas-sentenza

  1. Ftehim internazzjonali – Ftehim dwar l-aspett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirrigwardaw il-kummerċ (TRIPs) – Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi – Applikabbiltà fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni – Assenza ta’ effett dirett

    (Ftehim TRIPs; Trattat tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali dwar il-Prestazzjonijiet u l-Fonogrammi)

  2. Ftehim internazzjonali – Konvenzjoni ta’ Ruma għall-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi u organizzazzjonijiet tax-xandir – Inapplikabbiltà fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni – Effetti indiretti

    (Konvenzjoni ta’ Ruma għall-protezzjoni ta’ artisti, produtturi ta’ fonogrammi u organizzazzjonijiet tax-xandir)

  3. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttivi 92/100 u 2001/29 – Kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku – Interpretazzjoni fid-dawl tad-dritt internazzjonali

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/29, Direttiva tal-Kunsill 92/100)

  4. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Dritt ta’ kiri u ta’ self ta’ xogħlijiet protetti – Direttiva 92/100 – Komunikazzjoni lill-pubbliku – Kunċett – Xandir b’xejn ta’ fonogrammi fi klinika privata ta’ dentist – Esklużjoni