Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0030

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-30/10

Lotta Andersson

vs

Staten genom Kronofogdemyndigheten i Jönköping, Tillsynsmyndigheten

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Linköpings tingsrätt)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 80/987/KEE — Artikolu 10(ċ) — Dispożizzjoni nazzjonali — Garanzija għall-ħlas tal-pretensjonijiet mhux imħallsa tal-impjegati — Esklużjoni ta’ persuni li kellhom, fis-sitt xhur qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ falliment tal-kumpannija li kienet timpjegahom, sehem sostanzjali minnha u li fuqha kienu eżerċitaw influwenza kunsiderevoli”

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Frar 2011   I - 515

Sommarju tas-sentenza

Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-liġijiet – Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddem – Possibbiltà għall-Istati Membri li jirrifjutaw jew li jnaqqsu l-obbligu ta’ ħlas jew l-obbligu ta’ garanzija – Portata

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/94, Artikolu 12(c))

L-Artikolu 12(ċ) tad-Direttiva 2008/94, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li teskludi lil impjegat mill-benefiċċju tal-garanzija għall-ħlas tal-pretensjonijiet mhux imħallsa tal-impjegati għar-raġuni li huwa kellu, f’ismu jew flimkien ma’ qraba viċini, sehem sostanzjali mill-impriża kkonċernata u eżerċita influwenza kunsiderevoli fuq l-attivitajiet tagħha fis-sitt xhur qabel l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ falliment ta’ din l-impriża. Fil-fatt, f’tali ċirkustanzi, ma jistax jiġi eskluż il-fatt li l-impjegat, li jiġi rrifjutat il-benefiċċju tal-garanzija, jista’ jkun responsabbli għall-insolvenza tal-impriża inkwistjoni.

(ara l-punti 27, 28 u d-dispożittiv)

Top