Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 62011CO0144

Sommarju tad-digriet

Keywords
Subject of the case
Parti operattiva

Keywords

Domandi preliminari - Ammissibbiltà - Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 92(1) u 103(1)) (ara l-punti 12, 13 u d-dispożittiv)

Subject of the case

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Giudice di pace di Mestre - Applikabbiltà diretta tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98) - Interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal multa ta’ bejn EUR 5.000 u EUR 10.000 għal barrani li jkun daħal illegalment fit-territorju nazzjonali jew li mar jgħix hemm illegalment kif ukoll il-possibbiltà għall-qorti li tissostitwixxi l-imsemmija multa bl-espulsjoni għal perijodu ta’ inqas minn ħames snin, f’każ ta’ kundanna kriminali.

Parti operattiva

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Giudice di pace di Mestre (l-Italja) permezz ta’ deċiżjoni tas-16 ta’ Marzu 2011, hija manifestament inammissibbli.

Início