Valige katsefunktsioonid, mida soovite proovida

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 62008CJ0472

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-472/08

Alstom Power Hydro

vs

Valsts ieņēmumu dienests

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās Tiesas Senāts)

“Talba għal deċiżjoni preliminari — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 18(4) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għar-rimbors tal-eċċess tal-VAT”

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2010   I ‐ 625

Sommarju tas-sentenza

Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-liġijiet – Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Ħlas lura tal-eċċess

(Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 18(4))

L-Artikolu 18(4) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix liġi ta’ Stat Membru li tipprovdi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għat-tressiq ta’ talba għal rimbors tal-eċċess tat-taxxa fuq il-valur miżjud miġbur indebitament mill-amministrazzjoni fiskali ta’ dan l-Istat.

Tali terminu, fih nnifsu, ma għandux jirrendi prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli d-dritt għal tnaqqis, billi fil-prinċipju, terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin huwa ta’ natura li jippermetti lill-persuni kollha taxxabbli li huma normalment diliġenti li b’mod validu jasserixxu d-drittijiet tagħhom kif jirriżultaw mis-sistema legali tal-Unjoni.

(ara l-punti 20-22 u d-dispożittiv)

Üles