Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CJ0409

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Marzu 2022.
UN vs Subdelegación del Gobierno en Pontevedra.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Direttiva 2008/115/KE – Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin jirrisjedu fil-pajjiż irregolarment – Artikolu 6(1) u Artikolu 8(1) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ residenza irregolari, l-impożizzjoni ta’ multa flimkien mal-obbligu ta’ tluq mit-territorju – Possibbiltà li r-residenza tiġi rregolarizzata matul terminu stabbilit – Artikolu 7(1) u (2) – Terminu għat-tluq volontarju.
Kawża C-409/20.

Court reports – general

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2022:148

Kawża C‑409/20

UN

vs

Subdelegación del Gobierno en Pontevedra,

(talba għal deċiżjoni preliminari,
imressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 1 de Pontevedra)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It‑Tielet Awla) tat‑3 ta’ Marzu 2022

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Direttiva 2008/115/KE – Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin jirrisjedu fil-pajjiż irregolarment – Artikolu 6(1) u Artikolu 8(1) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ residenza irregolari, l-impożizzjoni ta’ multa flimkien mal-obbligu ta’ tluq mit-territorju – Possibbiltà li r-residenza tiġi rregolarizzata matul terminu stabbilit – Artikolu 7(1) u (2) – Terminu għat-tluq volontarju”

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali – Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali

    (Artikolu 267 TFUE)

    (ara l-punt 37)

  2. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment

    (Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, premessa 10 u Artikoli 6(1) u (4), 7(1) u (2), u 8(1))

    (ara l-punti 59 sa 64, u d-dispożittiv)

Ara t-test tad-deċiżjoni.

Top