Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TJ0216

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018.
Mohamed Marouen Ben Ali Ben Mohamed Mabrouk vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Miżuri meħuda fil-konfront ta’ persuni ħajta ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u ta’ persuni u entitajiet assoċjati – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-lista – Bażi fattwali insuffiċjenti – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Żball ta’ liġi – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Terminu raġonevoli.
Kawża T-216/17.

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal‑15 ta’ Novembru 2018 –
Mabrouk vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑216/17)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Miżuri meħuda fil-konfront ta’ persuni ħajta ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u ta’ persuni u entitajiet assoċjati – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fuq il-lista – Bażi fattwali insuffiċjenti – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Żball ta’ liġi – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Terminu raġonevoli”

1. 

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Persuna responsabbli għall-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi – Kunċett – Interpretazzjoni wiesgħa

(Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK, premessa 2 u Artikolu 1(1), u 2011/172/PESK, Artikolu 1(1))

(ara l-punti 27, 28, 30)

2. 

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Natura ta’ dawn il-miżuri – Miżuri purament kawtelatorji – Assenza ta’ natura kriminali

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, premessi 1 u 2 u Artikolu 1(1))

(ara l-punti 29, 57, 61 sa 64)

3. 

Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu, għall-Kunsill, li jivverifika b’mod sistematiku l-provi prodotti mill-awtoritajiet ta’ pajjiż terz – Assenza

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, Artikolu 1(1))

(ara l-punti 31, 32)

4. 

Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu, għall-Kunsill, li jevalwa n-neċessità li tinkiseb il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni jew ta’ provi addizzjonali min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali – Portata

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK)

(ara l-punti 33, 34, 42, 43, 127)

5. 

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni implikati fil-miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Ksur tad-dritt għax-xogħol u tad-dritt għall-proprjetà – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 15(1) u (2), u 17; Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/153)

(ara l-punti 94 sa 113, 117 sa 121)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/153 tas‑27 ta’ Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2017, L 23, p. 19), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/141 tad‑29 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2018, L 25, p. 38), sa fejn dawn id-deċiżjonijiet jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Mohamed Marouen Ben Ali Ben Mohamed Mabrouk huwa kkundannat kemm għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Top