Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TO0366

Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2017.
Anastasia-Soultana Gaki vs L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi.
Rikors għal annullament u għad-danni – Ksur tar-rekwiżiti formali – Talbiet intiżi għall-kisba ta’ ordni – Inammissibbiltà manifesta – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni – Rikors manifestament infondat fid-dritt.
Kawża T-366/16.

Court reports – general

Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2017 – Gaki vs Europol

(Kawża T-366/16)

“Rikors għal annullament u għad-danni - Ksur tar-rekwiżiti formali - Talbiet intiżi għall-kisba ta’ ordni - Inammissibbiltà manifesta - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1. 

Proċedura ġudizzjarja–Rikors promotur–Rekwiżiti formali–Motivi u argumenti li ma ġewx esposti b’mod suffiċjentement ċar u preċiż–Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d))

(ara l-punt 30)

2. 

Rikors għal annullament–Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni–Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni–Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 34)

3. 

Atti tal-istituzzjonijiet–Motivazzjoni–Obbligu–Portata–Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf mid-destinatarju–Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja

(Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punti 41, 42)

4. 

Rikors għal annullament–Motivi–Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni–Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

(ara l-punt 45)

5. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali–Kundizzjonijiet–Illegalità–Dannu–Rabta kawżali–Kundizzjonijiet kumulattivi–Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet–Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 52-55)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, essenzjalment, sabiex l-Europol tieħu ċerti azzjonijiet u għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Kontroll Komuni tal-Europol tal-4 ta’ Mejju 2016 dwar ilment imressaq mir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Anastasia-Soultana Gaki hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top