Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0561

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018.
Saras Energía SA vs Administración del Estado.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2012/27/UE – Artikolu 7(1), (4) u (9) – Artikolu 20(4) u (6) – Promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija – Skema ta’ obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija – Miżuri oħra ta’ politika pubblika – Fond nazzjonali għall-effiċjenza tal-enerġija – Stabbiliment ta’ tali fond bħala miżura prinċipali ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija – Obbligu ta’ kontribuzzjoni – Indikazzjoni tal-partijiet obbligati – Distributuri tal-enerġija u/jew impriżi tal-bejgħ bl-imnut tal-enerġija.
Kawża C-561/16.

Court reports – general

Kawża C‑561/16

Saras Energía SA

vs

Administración del Estado

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunal Supremo)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2012/27/UE – Artikolu 7(1), (4) u (9) – Artikolu 20(4) u (6) – Promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija – Skema ta’ obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija – Miżuri oħra ta’ politika pubblika – Fond nazzjonali għall-effiċjenza tal-enerġija – Stabbiliment ta’ tali fond bħala miżura prinċipali ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija – Obbligu ta’ kontribuzzjoni – Indikazzjoni tal-partijiet obbligati – Distributuri tal-enerġija u/jew impriżi tal-bejgħ bl-imnut tal-enerġija”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018

  1. Enerġija—Promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija—Direttiva 2012/27—Mekkaniżmi tal-obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija—Miżuri alternattivi ta’ politika pubblika—Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, bħala l-metodu prinċipali ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija, mekkaniżmu ta’ kontribuzzjoni annwali lil-Fond Nazzjonali għall-effiċjenza tal-enerġija—Ammissibbiltà—Kundizzjonijiet

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2012/27, Artikoli 7 u 20)

  2. Enerġija—Promozzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija—Direttiva 2012/27—Skemi ta’ obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija—Miżuri alternattivi ta’ politika pubblika—Ħatra tal-partijiet obbligati—Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija biss li xi impriżi speċifiċi tas-settur tal-enerġija—Ammissibbiltà—Kundizzjonijiet—Kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji—Verifika mill-qorti nazzjonali

    (Direttiva 2012/27 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 7)

  1.  L-Artikolu 7 u l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza tal-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi, bħala l-metodu prinċipali ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija, skema ta’ kontribuzzjoni annwali għal fond nazzjonali għall-effiċjenza tal-enerġija, sakemm, minn naħa, din il-leġiżlazzjoni tiżgura t-twettiq ta’ ffrankar tal-enerġija f’miżura ekwivalenti għall-iskemi ta’ obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija li jistgħu jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 7(1) ta’ din id-direttiva, u sakemm, min-naħa l-oħra, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7(10) u (11) tal-imsemmija direttiva jiġu osservati, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

    (ara l-punt 37, dispożittiv 1)

  2.  L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi obbligi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija fuq ċerti impriżi determinati biss tas-settur tal-enerġija, sakemm l-indikazzjoni ta’ dawn l-impriżi, bħala partijiet obbligati, tkun effettivament ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji esposti b’mod espliċitu, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

    (ara l-punt 55, dispożittiv 2)

Top