Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TJ0643

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Lulju 2018.
Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Skema ta’ skambji ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet b’effett serra – Applikazzjoni għal aċċess għall-informazzjoni dwar id-determinazzjoni tal-10 % tal-istallazzjonijiet l-iktar effikaċi tal-industrija tal-azzar – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali ta’ terz – Interess pubblika superjuri – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Kunċett ta’ informazzjoni relatata ma’ emissjonijiet fl-ambjent – Osservanza tat-termini.
Kawża T-643/13.

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal‑11 ta’ Lulju 2018 – Rogesa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑643/13)

“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Skema ta’ skambji ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet b’effett serra – Applikazzjoni għal aċċess għall-informazzjoni dwar id-determinazzjoni tal-10 % tal-istallazzjonijiet l-iktar effikaċi tal-industrija tal-azzar – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ interessi kummerċjali ta’ terz – Interess pubblika superjuri – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Kunċett ta’ informazzjoni relatata ma’ emissjonijiet fl-ambjent – Osservanza tat-termini”

1. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Nuqqas ta’ osservanza, mill-Kummissjoni, tat-termini stabbiliti sabiex tingħata tweġiba għal applikazzjoni konfermatorja għal aċċess – Deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda – Żamma tal-kompetenza tal-Kummissjoni sabiex twieġeb barra mit-terminu għall-applikazzjoni għal aċċess

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 8)

(ara l-punti 43-46)

2. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regoloment Nru 1049/2001 – Suġġett – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’aċċess għal dokumenti – Interpretazzjoni u applikazzjoni stretti

(Artikolu 15(3) TFUE, Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessa 4 u Artikoli 1 u 4, u Nru 1367/2006, Artikolu 1)

(ara l-punti 62-64)

3. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, premessa 2 u Artikolu 4)

(ara l-punti 65-67)

4. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna speċifika – Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2))

(ara l-punt 69)

5. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Protezzjoni ta’ interessi kummerċjali – Rifjut ta’ aċċess – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2))

(ara l-punt 70)

6. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Applikazzjoni għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent – Applikazzjoni tar-Regolament Nru 1367/2006 bħala lex specialis imqabbla mar-Regolament Nru 1049/2001 – Effett – Obbligu ta’ interpretazzjoni stretta tal-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess

(Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4 u Nru 1367/2006, premessa 15 u Artikoli 3 u 6(1))

(ara l-punt 71)

7. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Rifjut ibbażat fuq l-eżistenza ta’ ftehim ta’ kunfidenzjalità konkluż ma’ terz – Inammissibbiltà

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 42; Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 4 u Nru 1367/2006, premessa 15)

(ara l-punt 74)

8. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Applikazzjoni għal perjodu massimu ta’ tletin sena – Possibbiltà ta’ tnaqqis ta’ dan il-perijodu fuq il-bażi tad-Direttiva 2016/943 – Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(7); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/943, Artikolu 8)

(ara l-punt 90)

9. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Applikazzjoni għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent – Regolament Nru 1367/2006 – Informazzjoni li tirrigwarda emissjonijiet fl-ambjent – Kunċett – Interpretazzjoni wiesgħa

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1367/2006, Artikolu 6(1))

(ara l-punti 100, 105, 106)

10. 

Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea – Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti – Applikazzjoni għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent – Regolament Nru 1367/2006 – Informazzjoni li tirrigwarda emissjonijiet fl-ambjent – Kunċett – Rabta suffiċjentement diretta bejn l-informazzjoni u l-emissjonijiet imsemmija – Inammissibbiltà

(Artikolu 339(3) TFUE, Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) u Nru 1367/2006, premessa 2 u Artikolu 2(1)(d))

(ara l-punti 101, 103)

Suġġett

Talba skont l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal‑25 ta’ Settembru 2013, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent aċċess għal dokumenti li fihom informazzjoni dwar il-bażijiet ta’ kalkolu użati mill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-10 % tal-istallazzjonijiet li servew bħala punt tat-tluq għad-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment ta’ parametri ta’ riferiment ex ante skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

Top