Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0113

Azienda sanitaria locale n. 5 «Spezzino» et

Kawża C‑113/13

Azienda sanitaria locale n. 5 “Spezzino”et

vs

San Lorenzo Soc. coop. Sociale

u

Croce Verde Cogema cooperativa sociale Onlus

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Consiglio di Stato)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Servizzi ta’ trasport mediku — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-attivitajiet ta’ trasport mediku għall-istabbilimenti mediċi pubbliċi bi prijorità lill-assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat li jissodisfaw ir-rekwiżiti legali u li jkunu rreġistrati — Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni — Kuntratti pubbliċi — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Direttiva 2004/18/KE — Servizzi mħallta, previsti kemm fl-Anness II A kif ukoll fl-Anness II B tad-Direttiva 2004/18 — Artikolu 1(2)(a) u (d) — Kunċett ta’ ‘kuntratt għal servizzi pubbliċi [kuntratt pubbliku għal servizzi]’ — Natura pekunjarja — Korrispettiv li jikkonsisti fir-rimbors tal-ispejjeż inkorsi”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Kamp ta’ applikazzjoni – Ftehim qafas dwar servizzi ta’ trasport mediku mwettqa minn assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat li ma għandhomx skop ta’ lukru u li jirċievu biss ir-rimbors tal-ispejjeż tagħhom – Inklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 1(5))

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Għoti ta’ kuntratti – Regoli ta’ reklamar – Kuntratti b’valur iktar baxx mil-limitu ffissat mid-Direttiva jew li jirrigwardaw servizzi li jaqgħu taħt l-Anness II B – Kuntratti li għandhom interess transkonfinali ċert – Obbligi tal-entitajiet kontraenti

    (Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikoli 21, 23 u 35(4) u Anness II B)

  3. Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv – Portata tal-obbligu fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi

    (Artikoli 49 TFUE, 56 TFUE u 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94)

  4. Libertà ta’ stabbiliment – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-attivitajiet ta’ trasport mediku bi prijorità lill-assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjoni – Neċessità li, għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, jinżamm il-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ trasport mediku – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Assenza ta’ skop ta’ lukru – Verifika mill-qorti nazzjonali

    (Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 36‑38)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 40‑42, 45, 46)

  3.  F’dak li jirrigwarda talba għal deċiżjoni preliminari fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi li tqajjem il-kwistjoni tal-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll tal-obbligu ta’ trasparenza li jirriżultaw mill-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tikkonstata l-elementi neċessarji li jippermettu lill-Qorti tal-Ġustizzja tivverifika jekk, fil-kawża prinċipali, jeżistix interess transkonfinali ċert li jiġġustifika l-applikazzjoni tal-imsemmija prinċipji. Issa, kif jirriżulta mill-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, din tal-aħħar għandha tkun tista’ ssib, f’talba għal deċiżjoni preliminari, espożizzjoni tal-informazzjoni fattwali li fuqha jkunu bbażati d-domandi u tar-rabta li teżisti b’mod partikolari bejn din l-informazzjoni u dawn id-domandi. Għaldaqstant, il-konstatazzjoni tal-elementi neċessarji li jippermettu li tiġi vverifikata l-eżistenza ta’ interess transkonfinali ċert għandha ssir qabel ma tiġi adita l-Qorti tal-Ġustizzja.

    Madankollu, minħabba l-ispirtu ta’ kooperazzjoni li jeżisti fir-relazzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari, l-assenza ta’ tali konstatazzjonijiet magħmula minn qabel mill-qorti tar-rinviju dwar l-eżistenza ta’ eventwali interess transkonfinali ċert ma twassalx għall-inammissibbiltà tat-talba jekk, minkejja dawn in-nuqqasijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja, fid-dawl tal-elementi li jirriżultaw mill-proċess, jidhrilha li tkun f’pożizzjoni li tagħti risposta utli lill-qorti tar-rinviju. Dan huwa b’mod partikolari l-każ meta d-deċiżjoni tar-rinviju tinkludi elementi rilevanti suffiċjenti għall-evalwazzjoni tal-eventwali eżistenza ta’ tali interess. Madankollu, ir-risposta pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja tingħata biss bil-kundizzjoni li jista’ jiġi kkonstatat interess transkonfinali ċert mill-qorti tar-rinviju, abbażi ta’ evalwazzjoni dettaljata tal-elementi rilevanti kollha li jikkonċernaw il-kawża prinċipali.

    (ara l-punti 47, 48)

  4.  L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-provvista tas-servizzi ta’ trasport mediku ta’ emerġenza u ta’ emerġenza estrema għandha tingħata bi prijorità u permezz ta’ għoti dirett, fl-assenza ta’ kwalunkwe pubbliċità, lill-organi ta’ volontarjat li magħhom jeżisti ftehim, sakemm il-qafas legali u ta’ ftehimiet li fih titwettaq l-attività ta’ dawn l-organi jikkontribwixxi effettivament sabiex jintlaħqu l-iskop soċjali u l-għanijiet ta’ solidarjetà u ta’ effiċjenza baġitarja li fuqhom hija bbażata din il-leġiżlazzjoni.

    Fil-fatt, Stat Membru jista’ jqis, fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni li għandu sabiex jiddeċiedi fuq il-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u sabiex jorganizza s-sistema tiegħu ta’ sigurtà soċjali, li r-rikors għall-assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat jikkorrispondi għall-iskop soċjali tas-servizz ta’ trasport mediku ta’ emerġenza u huwa ta’ natura li jikkontribwixxi għall-kontroll tal-ispejjeż marbuta ma’ dan is-servizz. Issa, mhux biss riskju li jiġi ppreġudikat serjament il-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ sigurtà soċjali jista’ jikkostitwixxi, fih innifsu, raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, iżda, barra minn dan, l-għan li, għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, jinżamm servizz mediku u tal-isptarijiet ibbilanċjat u aċċessibbli għal kulħadd jista’ wkoll jaqa’ taħt waħda mid-derogi għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, sa fejn tali għan jikkontribwixxi sabiex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa.

    Madankollu, jeħtieġ li, meta joperaw f’dan il-kuntest, l-assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat ma jfittxux li jilħqu għanijiet differenti minn dawk ta’ solidarjetà u ta’ effiċjenza baġitarja, ma jagħmlu ebda qligħ mis-servizzi li jipprovdu, indipendentement mir-rimbors tal-ispejjeż varjabbli, fissi u permanenti neċessarji sabiex jipprovdu dawn is-servizzi, u ma jiġġeneraw ebda qligħ għall-membri tagħhom. Barra minn hekk, għalkemm ir-rikors għal ħaddiema huwa aċċettabbli, peress li, fin-nuqqas tiegħu, dawn l-assoċjazzjonijiet ikunu kważi mċaħħda mill-possibbiltà effettiva li jaġixxu f’diversi oqsma li fihom il-prinċipju ta’ solidarjetà jista’ jiġi implementat, l-attività tal-imsemmija assoċjazzjonijiet għandha tosserva strettament ir-rekwiżiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tagħhom. Hija l-qorti nazzjonali li għandha twettaq l-evalwazzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiġi vverifikat jekk is-sistema ta’ organizzazzjoni tas-servizz ta’ trasport mediku ta’ emerġenza inkwistjoni tikkontribwixxix effettivament sabiex jintlaħqu l-iskop soċjali u l-għanijiet ta’ solidarjetà u ta’ effiċjenza baġitarja li fuqhom hija bbażata din is-sistema.

    (ara l-punti 57, 59, 61, 63, 65 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C‑113/13

Azienda sanitaria locale n. 5 “Spezzino”et

vs

San Lorenzo Soc. coop. Sociale

u

Croce Verde Cogema cooperativa sociale Onlus

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Consiglio di Stato)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Servizzi ta’ trasport mediku — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-attivitajiet ta’ trasport mediku għall-istabbilimenti mediċi pubbliċi bi prijorità lill-assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat li jissodisfaw ir-rekwiżiti legali u li jkunu rreġistrati — Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni — Kuntratti pubbliċi — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Direttiva 2004/18/KE — Servizzi mħallta, previsti kemm fl-Anness II A kif ukoll fl-Anness II B tad-Direttiva 2004/18 — Artikolu 1(2)(a) u (d) — Kunċett ta’ ‘kuntratt għal servizzi pubbliċi [kuntratt pubbliku għal servizzi]’ — Natura pekunjarja — Korrispettiv li jikkonsisti fir-rimbors tal-ispejjeż inkorsi”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Kamp ta’ applikazzjoni — Ftehim qafas dwar servizzi ta’ trasport mediku mwettqa minn assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat li ma għandhomx skop ta’ lukru u li jirċievu biss ir-rimbors tal-ispejjeż tagħhom — Inklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 1(5))

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Direttiva 2004/18 — Għoti ta’ kuntratti — Regoli ta’ reklamar — Kuntratti b’valur iktar baxx mil-limitu ffissat mid-Direttiva jew li jirrigwardaw servizzi li jaqgħu taħt l-Anness II B — Kuntratti li għandhom interess transkonfinali ċert — Obbligi tal-entitajiet kontraenti

    (Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikoli 21, 23 u 35(4) u Anness II B)

  3. Domandi preliminari — Ammissibbiltà — Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv — Portata tal-obbligu fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi

    (Artikoli 49 TFUE, 56 TFUE u 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94)

  4. Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-attivitajiet ta’ trasport mediku bi prijorità lill-assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat — Inammissibbiltà — Ġustifikazzjoni — Neċessità li, għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, jinżamm il-bilanċ finanzjarju tas-sistema ta’ trasport mediku — Ammissibbiltà — Kundizzjoni — Assenza ta’ skop ta’ lukru — Verifika mill-qorti nazzjonali