This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TO0121
Conte et vs Il-Kunsill
Conte et vs Il-Kunsill
Digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015 – Conte et vs Il-Kunsill
(Kawża T‑121/10)
“Rikors għal annullament — Sajd — Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd — Installazzjoni ta’ sistema Komunitarja ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ eżekuzzjoni — Kunċett ta’ att regolatorju — Kunċett ta’ att leġiżlattiv — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà”
|
1. |
Proċedura ġudizzjarja — Ammissibbiltà tar-rikorsi — Evalwazzjoni b’riferiment għas-sitwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors (Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punti 23, 24) |
|
2. |
Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tas-subparagrafu 4 tal-Artikolu 263 TFUE — Kull att ta’ portata ġenerali minbarra atti leġiżlattivi — Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll sabiex jiżgura l-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd — Esklużjoni (ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1224/2009) (ara l-punti 34, 36, 37, 47, 50, 53-55) |
|
3. |
Drittijiet fundamentali — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Stħarriġ tal-legalità tal-atti tal-Unjoni — Modalitajiet — Protezzjoni ta’ dan id-dritt mill-qrati tal-Unjoni jew mill-qrati nazzjonali skont in-natura ġuridika tal-att ikkontestat — Possibbiltà ta’ użu ta’ rikors għal annullament jew ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari dwar l-evalwazzjoni tal-validità (it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE; ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE, Artikoli 267 TFUE u 277 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 47 u 52(7)) (ara l-punti 56-59) |
|
4. |
Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll sabiex jiżgura l-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd — Rikors tas-sajjieda u tal-operaturi fis-settur tal-kummerċjalizzazzjoni tas-sajd — Assenza ta’ interess individwali — Inammissibbiltà (ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1224/2009) (ara l-punti 61, 64-69) |
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 tal-Kunsill, tal-20 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, p. 1) u, speċifikament, tal-Artikoli 9 u 10, tal-Artikolu 14(1),(2),(3),(4) u (5), tal-Artikolu 15, tal-Artikolu 17(1), tal-Artikolu 58(1),(2),(3) u (5), tal-Artikolu 59(2) u (3), tal-Artikolu 60(4) u (5), tal-Artikolu 62(1), tal-Artikolu 63(1), tal-Artikoli 64 u 65, tal-Artikolu 66(1) u (3), tal-Artikolu 67(1), tal-Artikolu 68, tal-Artikolu 73(8), tal-Artikolu 92(2), u tal-Artikolu 103 tal-istess regolament.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Giovanni Conte, Casa del Pescatore Soc. coop. rl, Guidotti Giovanni & Figli Snc, Organizzazione di produttori della pesca di Civitanova Marche Soc. coop. rl, u Consorzio gestione mercato ittico Manfredonia Soc. coop. rl (Cogemim) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |