This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62024TO0148
Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2025.
CW vs L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali.
“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kooperazzjoni tal-awtoritajiet ta’ pulizija u awtoritajiet oħra ta’ infurzar tal-liġi tal-Istati Membri – Allegat ipproċessar illegali ta’ data personali – Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti formali – Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura – Assenza ta’ dannu morali mġarrab minħabba Europol – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”.
Kawża T-148/24.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2025:639
Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il‑Ħames Awla) tas‑26 ta’ Ġunju 2025 – CW vs EUROPOL u Eurojust (EncroChat)
(Kawża T‑148/24)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kooperazzjoni tal-awtoritajiet ta’ pulizija u awtoritajiet oħra ta’ infurzar tal-liġi tal-Istati Membri – Allegat ipproċessar illegali ta’ data personali – Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti formali – Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura – Assenza ta’ dannu morali mġarrab minħabba Europol – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)
|
1. |
Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rikors intiż għall-kumpens għad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni – Assenza ta’ indikazzjonijiet fir-rigward tal-aġir ikkritikat – Inammissibbiltà (Artikoli 268 u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/1727, Artikolu 46(1)) (ara l-punti 20, 21, u 31) |
|
2. |
Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Dannu reali u ċert – Oneru tal-prova – Rikors li ma jinkludix elementi ta’ natura li juru l-eżistenza u l-portata ta’ dannu morali – Obbligu għall-Qorti Ġenerali li tikkompleta l-argument billi tfittex u billi tidentifika tali elementi fl-annessi għas-sottomissjonijiet bil-miktub tar-rikorrent jew billi tordna l-produzzjoni ta’ dokumenti – Assenza – Ċaħda tar-rikors kollu kemm hu (Artikolu 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 85(1) u (2); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/794, Artikolu 50(1)) (ara l-punti 41, 43, 44, 53, 57, 63, 67, 74, u 76) |
|
3. |
Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Regolament 2016/794 – Responsabbiltà minħabba pproċessar illegali ta’ data personali – Natura tal-imsemmija responsabbiltà – Responsabbiltà in solidum tal-Europol u tal-Istat Membru kkonċernat (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/794, premessa 57 u Artikolu 50(1)) (ara l-punti 72 u 73) |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli sa fejn huwa indirizzat kontra l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust). |
|
2) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt sa fejn huwa indirizzat kontra l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol). |
|
3) |
CW għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Eurojust u minn Europol. |
|
4) |
Ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |