Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CO0348

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-3 ta’ Mejju 2024.
KCB u MB vs BNP Paribas Bank Polska S.A.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Risposta li tkun tista’ tiġi dedotta kjarament mill-ġurisprudenza – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Artikolu 6(1) u Artikolu 7(1) – Self ipotekarju ddenominat f’munita barranija – Klawżoli inġusti li jikkonċernaw il-konverżjoni ta’ munita – Nullità tal-kuntratt – Effetti fid-dritt – Kundizzjoni sospensiva – Dikjarazzjoni tal-konsumatur.
Kawża C-348/23.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2024:386

 Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat‑3 ta’ Mejju 2024 –
BNP Paribas Bank Polska

(Kawża C‑348/23) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Risposta li tkun tista’ tiġi dedotta kjarament mill-ġurisprudenza – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Artikolu 6(1) u Artikolu 7(1) – Self ipotekarju ddenominat f’munita barranija – Klawżoli inġusti li jikkonċernaw il-konverżjoni ta’ munita – Nullità tal-kuntratt – Effetti fid-dritt – Kundizzjoni sospensiva – Dikjarazzjoni tal-konsumatur”

Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Mezzi intiżi sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ klawżoli inġusti – Kuntratt ta’ self ipotekarju – Kuntratt li ma jistax jibqa’ fis-seħħ wara t-tneħħija tal-klawżoli inġusti – Annullament tal-kuntratt – Interpretazzjoni ġurisprudenzjali tad-dritt nazzjonali li tissuġġetta l-effetti legali marbuta mal-konstatazzjoni tan-nullità tal-kuntratt għall-kundizzjoni sospensiva tal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni mill-konsumatur – Dikjarazzjoni li tirrifletti l-oppożizzjoni tal-konsumatur għaż-żamma tal-klawżola, l-għarfien tiegħu tal-annullament tal-kuntratt minħabba n-nullità tal-klawżola, il-konsegwenzi ta’ dan l-annullament kif ukoll il-kunsens tiegħu għaliha – Inammissibbiltà

(Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikoli 6(1) u 7(1))

(ara l-punti 32 sa 35, u d-dispożittiv)

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

fil-kuntest tal-annullament sħiħ ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju konkluż ma’ konsumatur minn istituzzjoni bankarja, minħabba li dan il-kuntratt fih klawżola inġusta li mingħajrha ma jistax jibqa’ jeżisti, huma jipprekludu l-interpretazzjoni ġurisprudenzjali tad-dritt nazzjonali li skontha l-effetti fid-dritt li huma marbuta mal-konstatazzjoni tan-nullità tal-imsemmi kuntratt kollu kemm hu huma suġġetti għall-kundizzjoni sospensiva li dan il-konsumatur jippreżenta, quddiem qorti nazzjonali, dikjarazzjoni li biha jafferma, l-ewwel nett, li ma jagħtix il-kunsens tiegħu għaż-żamma ta’ din il-klawżola, it-tieni nett, li huwa konxju, minn naħa, tal-fatt li n-nullità tal-imsemmija klawżola timplika l-annullament tal-kuntratt ta’ self ipotekarju kif ukoll, min-naħa l-oħra, tal-konsegwenzi ta’ dan l-annullament u, it-tielet nett, li jagħti l-kunsens tiegħu għall-annullament ta’ dan il-kuntratt.


( 1 ) ĠU C 321, 11.9.2023.

Top