Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TO0431

Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) tal-15 ta’ Mejju 2025.
UniCredit Bank GmbH, li kienet UniCredit Bank AG vs Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.
Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti ditti ta’ investiment (SRM) – Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall‑2020 – Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 – Rikors manifestament fondat – Limitazzjoni tal-effetti ratione temporis tad-digriet.
Kawża T-431/20.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2025:502

 Digriet tal-Qorti Ġenerali (It‑Tmien Awla Estiża) tal‑15 ta’ Mejju 2025 –
UniCredit Bank vs SRB (Kontribuzzjonijiet ex ante 2020)

(Kawża T‑431/20)

“Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti ditti ta’ investiment (SRM) – Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall‑2020 – Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 – Rikors manifestament fondat – Limitazzjoni tal-effetti ratione temporis tad-digriet”

1. 

Proċedura ġudizzjarja – Talbiet tar-rikors – Adattament fil-mori tal-kawża – Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni kkontestata fil-mori tal-kawża – Adattament tat-talbiet u tal-motivi inizjali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 86)

(ara l-punti 18 sa 20)

2. 

Politika ekonomika u monetarja – Politika ekonomika – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment – Kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) – Limitu massimu annwali tal-ammont akkumulat tal-kontribuzzjonijiet individwali għas-SRF stabbilit għal 12.5 % tal-livell fil-mira finali – Kamp ta’ applikazzjoni – Applikazzjoni matul il-perijodu inizjali

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 806/2014, l-ewwel u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 70(2))

(ara l-punt 42)

3. 

Politika ekonomika u monetarja – Politika ekonomika – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment – Kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) – Limitu massimu annwali tal-ammont akkumulat tal-kontribuzzjonijiet individwali għas-SRF iffissat għal 12.5 % tal-livell fil-mira finali – Portata – Nuqqas ta’ qbiż ta’ dan il-limitu massimu mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Approċċ dinamiku għal-livell fil-mira finali

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 806/2014, Artikolu 69(1), u l-ewwel u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 70(2))

(ara l-punt 43)

Dispożittiv

1) 

Id-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) SRB/ES/2022/80 tas‑7 ta’ Diċembru 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall‑2020 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) hija annullata sa fejn tikkonċerna lil UniCredit Bank GmbH, li kienet UniCredit Bank AG.

2) 

L-effetti tad-Deċiżjoni SRB/ES/2023/80 jinżammu sa fejn tikkonċerna lil UniCredit Bank, li kienet UniCredit Bank sakemm is-SRB ikun ħa l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dan id-digriet, u dan f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur mill-jum li fih dan id-digriet isir definittiv.

3) 

Is-SRB għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk imġarrba minn UniCredit Bank, li kienet UniCredit Bank.

Top