Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TO0841

Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Lulju 2020.
Koopman International BV vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
Rikors għal annullament – Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi – Sospensjoni tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Inammissibbiltà.
Kawża T-841/19.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2020:341

 Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) tal‑15 ta’ Lulju 2020 – Koopman International vs EUIPO – Tinnus Enterprises u Mystic Products (Tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi)

(Kawża T‑841/19)

“Rikors għal annullament – Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi – Sospensjoni tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att preparatorju – Inammissibbiltà”

1. 

Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti preparatorji – Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 20 sa 22, 27)

2. 

Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Atti preparatorji – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju li jiġu sospiżi l-proċedimenti ta’ appell sakemm tingħata deċiżjoni definittiva mill-Qorti Ġenerali fil-kawża li tista’ tinfluwenza l-proċedimenti pendenti – Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 61(1))

(ara l-punti 25, 26, 28)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni provviżorja tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat‑18 ta’ Settembru 2019 (Każ R 1009/2018‑3) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, Mystic Products Import & Export u Koopman International u, min-naħa l-oħra, Tinnus Enterprises.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2) 

Koopman International BV hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Tinnus Enterprises LLC.

Top