Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TO0161

Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2020.
Deutsche Telekom AG vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Rikors għal annullament – Suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi – Prezzijiet bl-imnut iffatturati lill-konsumaturi għall-komunikazzjonijiet irregolati fi ħdan l-Unjoni – Regolament (UE) 2018/1971 – Att Leġiżlattiv – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà.
Kawża T-161/19.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2020:6

 Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2020 –
Deutsche Telekom vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T‑161/19)

“Rikors għal annullament – Suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi – Prezzijiet bl-imnut iffatturati lill-konsumaturi għall-komunikazzjonijiet irregolati fi ħdan l-Unjoni – Regolament (UE) 2018/1971 – Att Leġiżlattiv – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà”

1. 

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi – Leġiżlazzjoni li tistabbilixxi limiti tariffarji għall-komunikazzjonijiet irregolati ġewwa l-Unjoni – Regolament adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja – Esklużjoni

(Artikoli 114, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263, 289(1) u (3) u 294 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/1971)

(ara l-punti 16-22)

2. 

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza individwali minn att ta’ natura ġenerali – Kundizzjonijiet

(Artikolu 263(4) TFUE)

(ara l-punti 32-34)

3. 

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza individwali – Kriterji – Regolament li jistabbilixxi limiti massimi tariffarji għall-komunikazzjonijiet irregolati ġewwa l-Unjoni – Rikors ippreżentat minn fornitur ta’ komunikazzjonijiet irregolati fi ħdan l-Unjoni – Assenza ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà

(Artikolu 263(4) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/1971)

(ara l-punti 41-50, 52)

4. 

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Kundizzjonijiet ta’ natura kumulattiva – Inammissibbiltà tar-rikors fil-każ li waħda biss minn dawn il-kundizzjonijiet ma tkunx issodisfatta

(Artikolu 263(4) TFUE)

(ara l-punt 51)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tar-Regolament (UE) 2018/1971 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija ta’ Appoġġ għall-BEREC (Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (ĠU 2018, L 321, p. 1).

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2) 

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u tal-Kummissjoni Ewropea.

3) 

Deutsche Telekom AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk esposti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relattivi għat-talbiet għal intervent.

4) 

Deutsche Telekom, il-Parlament, il-Kunsill, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kif ukoll il-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relattivi għat-talbiet għal intervent.

Top