Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TO0436

Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Jannar 2019.
Claude Prigent vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Rikors għal annullament — Twaqqif ta’ ilment — Rifjut tal-Kummissjoni li tibda proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Nuqqas ta’ inċidenza diretta — Inammissibbiltà.
Kawża T-436/18.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Jannar 2019 –

Prigent vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-436/18)

“Rikors għal annullament — Twaqqif ta’ ilment — Rifjut tal-Kummissjoni li tibda proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Nuqqas ta’ inċidenza diretta — Inammissibbiltà”

1. 

Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Rifjut tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Esklużjoni

(Artikoli 258 u 263 TFUE)

(ara l-punti 10-15)

2. 

Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Dritt ta’ azzjoni tal-Kummissjoni – Eżerċizzju diskrezzjonali – Pożizzjoni proċedurali tal-lanjanti li hija differenti minn dik fil-qasam tal-kompetizzjoni

(Artikoli 258 u 263 TFUE)

(ara l-punt 16)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2018 li ma tkomplix l-ipproċessar tal-ilment tar-rikorrent intiż sabiex jiġi kkonstatat l-allegat ksur mill-awtoritajiet Franċiżi tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II).

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Claude Prigent huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Top