This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TJ0553
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2021.
Delcy Eloina Rodríguez Gómez vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Iffriżar ta’ fondi – Listi tal-persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffiriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi – Żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi – Żball ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà.
Kawża T-553/18.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2021.
Delcy Eloina Rodríguez Gómez vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Iffriżar ta’ fondi – Listi tal-persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffiriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi – Żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi – Żball ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà.
Kawża T-553/18.
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2021:458
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2021 –
Rodríguez Gómez vs Il‑Kunsill
(Kawża T‑553/18)
“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Iffriżar ta’ fondi – Listi tal-persuni, entitajiet u organi li għalihom japplika l-iffiriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi – Żamma ta’ isem ir-rikorrenti fil-listi – Żball ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà”
|
1. |
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Regolament li jwettaq eżami mill-ġdid tal-lista ta’ persuni, gruppi jew entitajiet ikkonċernati mingħajr ma jħassar ir-regolament preċedenti – Rikors ippreżentat minn persuna mhux imsemmija f’dan ir-regolament – Ammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656; Regolament tal-Kunsill 2018/1653) (ara l-punti 33–35) |
|
2. |
L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Regolament li jimponi miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Venezwela – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu li l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tistabbilixxi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, il-fondatezza tal-motivi invokati kontra l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2018/901 u (PESK) 2018/1656, Anness I; Regolamenti tal-Kunsill 2017/2063, Anness IV, 2018/899 u 2018/1653) (ara l-punti 43–46, 48) |
|
3. |
L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Portata tal-istħarriġ – Inklużjoni tal-persuni implikati fil-preġudizzju għad-demokrazija u għall-Istat tad-dritt – Dokumenti aċċessibbli għall-pubbliku – Valur probatorju – Prinċipju ta’ evalwazzjoni libera tal-provi (Deċiżjoni tal-Kunsill 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2018/901 u (PESK) 2018/1656, Anness I; Regolamenti tal-Kunsill 2017/2063, Anness IV, 2018/899 u 2018/1653) (ara l-punt 47) |
|
4. |
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni responsabbli għall-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew li jippreġudika l-Istat tad-dritt – Kriterji – Kariga li tagħti responsabbiltà fil-preġudizzju għad-demokrazija jew l-osservanza tal-Istat tad-dritt – Żball ta’ evalwazzjoni – Assenza (Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2018/901 u (PESK) 2018/1656, Artikoli 6(1) u 7(1) u Anness I; Regolamenti tal-Kunsill Nru 2017/2063, Artikolu 8(3) u Anness IV, 2018/899 u 2018/1653) (ara l-punti 50, 53–58) |
|
5. |
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni responsabbli għall-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew li jippreġudika l-Istat tad-dritt – Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Artikolu 21(2)(b) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 17(1) u 52(1); Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2018/901, Artikolu 7(4) u Anness I; Regolamenti tal-Kunsill Nru 2017/2063, Artikoli 8 u 9(1), u Anness IV, u 2018/899) (ara l-punti 65–71, 73–78, 81, 83) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/901 tal‑25 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 160 I, p. 12), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1656 tas‑6 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 276, p. 10), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/899 tal‑25 ta’ Ġunju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 160 I, p. 5), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1653 tas‑6 ta’ Novembru 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU 2018, L 276, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Delcy Eloina Rodríguez Gómez hija kkundannata għall-ispejjeż. |