This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TJ0480
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Marzu 2019.
Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea.
FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq imġarrab mill-Greċja – Korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa – Kundizzjonalità – Kontroll tar-rekwiżiti regolamentari fil-qasam tal-ġestjoni – Analiżi tar-riskji – Evalwazzjoni tad-dannu finanzjarju – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità.
Kawża T-480/17.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Marzu 2019.
Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea.
FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq imġarrab mill-Greċja – Korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa – Kundizzjonalità – Kontroll tar-rekwiżiti regolamentari fil-qasam tal-ġestjoni – Analiżi tar-riskji – Evalwazzjoni tad-dannu finanzjarju – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità.
Kawża T-480/17.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2019:191
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Marzu 2019 – Il‑Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑480/17)
“FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq imġarrab mill-Greċja – Korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa – Kundizzjonalità – Kontroll tar-rekwiżiti regolamentari fil-qasam tal-ġestjoni – Analiżi tar-riskji – Evalwazzjoni tad-dannu finanzjarju – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità”
1. |
Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat – Oneru tal-prova – Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013; Regolament tal-Kunsill Nru 73/2009, Artikolu 22(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1122/2009, Artikolu 26(1); Direttiva tal-Kunsill 79/409, Artikolu 5(a), (b) u (d)) (ara l-punti 36 sa 39, 45) |
2. |
Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa adottata mill-Kummissjoni konformement mal-gwida interna adottata f’dan il-qasam – Applikazzjoni fl-assenza ta’ informazzjoni li tippermetti li jiġi evalwat bi preċiżjoni d-dannu finanzjarju kkawżat lill-Unjoni – Preżentazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat ta’ kalkolu bbażat fuq paragun mar-riżultati ta’ kontrolli mwettqa f’kuntest differenti mill-eżerċizzju inkwistjoni – Karattru insuffiċjenti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikolu 52(1) u (2)) (ara l-punti 48, 97 sa 99) |
3. |
Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR – Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums – Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post – Nuqqas ta’ implimentazzjoni – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern – Inammissibbiltà (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1974/2006, Anness II, 5.3.2.1) (ara l-punt 53) |
4. |
Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet fir-rigward tal-infiq iffinanzjat mill-FAEG u mill-FAEŻR (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikolu 52(3)) (ara l-punti 57, 76 sa 78, 134 sa 136) |
5. |
Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Konstatazzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll implimentata minn Stat Membru – Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat – Obbligu tal-Kummissjoni li twieġeb għall-elementi mressqa mill-Istat Membru fir-rigward tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqasijiet (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikolu 52) (ara l-punt 79) |
6. |
Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR – Proċedura ta’ clearance tal-kontijiet – Proċedura ta’ konċiljazzjoni – Opinjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni – Nuqqas ta’ effett vinkolanti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikolu 52(3)) (ara l-punti 80, 120, 137, 146) |
7. |
Agrikoltura – Finanzjament mill-FAEG u mill-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni – Evalwazzjoni tat-telf sotnut mill-fondi – Infiq irregolari li ma jistax jiġi ddeterminat bi preċiżjoni suffiċjenti – Evalwazzjoni bbażata fuq korrezzjonijiet b’rata fissa – Ammissibbiltà – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1306/2013, Artikolu 52) (ara l-punti 156 sa 158) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1144 tas-26 ta’ Ġunju 2017 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq li ġarrbu l-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) u fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU 2017, L 165, p. 37), sa fejn timponi fuq ir-Repubblika Ellenika, wara l-investigazzjoni bir-referenza ΧC/2014/002/GR, korrezzjonijiet finanzjarji ta’ darba u b’rata fissa ta’ ammont totali ta’ EUR 1182 054.17 minħabba nuqqasijiet fl-applikazzjoni tal-kundizzjonalità (FAEG u FAEŻR).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż. |