Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TO0594

Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Frar 2017.
Robert Walton vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Allowance għall-firda – Reviżjoni tal-kalkolu – Awtorità ta’ res judicata – Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.
Kawża T-594/16.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 – Walton vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑594/16)

“Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Allowance għall-firda – Reviżjoni tal-kalkolu – Awtorità ta’ res judicata – Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1. 

Proċedura ġudizzjarja–Awtorità ta’ res judicata–Portata–Inammissibbiltà tat-tieni rikors–Kundizzjonijiet–Identiċità tal-partijiet, tas-suġġett u tal-kawża taż-żewġ rikorsi

(Ara l-punti 30-32, 34)

2. 

Rikorsi tal-uffiċjali–Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel–Konkordanza bejn l-ilment u r-rikors–Identiċità tas-suġġett u tal-kawża–Tibdil tal-bażi legali ta’ kontestazzjoni–Kundizzjoni mhux suffiċjenti biex jiġi konkluż li r-raġuni tagħha hija ta’ natura ġdida–Kundizzjoni mhux suffiċjenti biex jiġi konkluż li r-raġuni tagħha hija ta’ natura ġdida

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

(ara l-punti 45, 46)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għal annullament tad-deċiżjoni tal-awtorità bis-setgħa li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ ikkomunikata permezz tal-ittra tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Marzu 2016 li tiċħad bħala inammissibbli it-talba tar-rikorrent intiża li tikseb ir-reviżjoni tal-kalkolu tal-allowance għall-firda konsekuttiva wara r-riżenja tiegħu.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Robert Walton huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Top