This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CJ0641
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017.
Tünkers France u Tünkers Maschinenbau GmbH vs Expert France.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċeduri ta’ insolvenza – Regolament (KE) Nru 1346/2000 – Qorti kompetenti – Kawża minħabba kompetizzjoni żleali mressqa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza – Kawża mressqa minn kumpannija li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, kontra ċ-ċessjonarju ta’ fergħa ta’ attività tal-kumpannija suġġetta għall-proċedura ta’ insolvenza – Kawża li ma għandha ebda relazzjoni mal-proċedura ta’ insolvenza jew azzjoni li toriġina direttament minn din il-proċedura u li hija marbuta mill-qrib magħha.
Kawża C-641/16.

Court reports – general
Kawża C-641/16
Tünkers France
u
Tünkers Maschinenbau GmbH
vs
Expert France
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Cour de cassation (Franza))
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċeduri ta’ insolvenza – Regolament (KE) Nru 1346/2000 – Qorti kompetenti – Kawża minħabba kompetizzjoni żleali mressqa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza – Kawża mressqa minn kumpannija li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor, kontra ċ-ċessjonarju ta’ fergħa ta’ attività tal-kumpannija suġġetta għall-proċedura ta’ insolvenza – Kawża li ma għandha ebda relazzjoni mal-proċedura ta’ insolvenza jew azzjoni li toriġina direttament minn din il-proċedura u li hija marbuta mill-qrib magħha”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali–Regolament Nru 44/2001–Kamp ta’ applikazzjoni–Materji esklużi–Fallimenti, arranġamenti ġuridiċi, u proċedimenti analogi oħra–Kunċett–Kawżi li joriġinaw direttament minn proċeduri ta’ insolvenza u li huma marbuta mill-qrib magħhom–Applikabbiltà tar-Regolament Nru 1346/2000
(Regolamenti tal-Kunsill Nru 1346/2000 u Nru 44/2001, Artikolu 1(2)(b))
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili–Proċeduri ta’ insolvenza–Regolament Nru 1346/2000–Kamp ta’ applikazzjoni–Kawża għad-danni minħabba kompetizzjoni żleali kontra ċ-ċessjonarju ta’ fergħa ta’ attività miksuba fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ insolvenza–Esklużjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 1346/2000, Artikolu 3(1))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 19, 20)
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] għandu jiġi interpretat fis-sens li ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti li tkun fetħet il-proċedura ta’ insolvenza azzjoni għad-danni minħabba kompetizzjoni żleali li permezz tagħha ċ-ċessjonarju ta’ fergħa ta’ attività miksuba fil-kuntest ta’ proċedura ta’ insolvenza huwa akkużat li ppreżenta ruħu b’mod żbaljat bħala li jiżgura d-distribuzzjoni esklużiva ta’ oġġetti prodotti mid-debitur.
(ara l-punt 31 u d-dispożittiv)