This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CJ0685
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017.
Online Games Handels GmbH et vs Landespolizeidirektion Oberösterreich.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 49 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Artikolu 56 TFUE – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni restrittiva ta’ Stat Membru – Sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali – Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali – Proporzjonalità – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 47 – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu għall-qorti li teżamina ex officio l-fatti tal-kawża quddiemha fil-kuntest tal-proċedura kontra ksur amministrattiv ta’ natura kriminali – Konformità.
Kawża C-685/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017.
Online Games Handels GmbH et vs Landespolizeidirektion Oberösterreich.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 49 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Artikolu 56 TFUE – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni restrittiva ta’ Stat Membru – Sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali – Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali – Proporzjonalità – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 47 – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu għall-qorti li teżamina ex officio l-fatti tal-kawża quddiemha fil-kuntest tal-proċedura kontra ksur amministrattiv ta’ natura kriminali – Konformità.
Kawża C-685/15.
Court reports – general
Kawża C‑685/15
Online Games Handels GmbH et
vs
Landespolizeidirektion Oberösterreich
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 49 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Artikolu 56 TFUE – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni restrittiva ta’ Stat Membru – Sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali – Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali – Proporzjonalità – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 47 – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu għall-qorti li teżamina ex officio l-fatti tal-kawża quddiemha fil-kuntest tal-proċedura kontra ksur amministrattiv ta’ natura kriminali – Konformità”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2017
Drittijiet fundamentali–Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea–Kamp ta’ applikazzjoni–Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni–Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi miżura li tidderoga minn libertà fundamentali ggrantita mit-Trattat FUE–Inklużjoni
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 51(1))
Libertà ta’ stabbiliment–Libertà li jiġu pprovduti servizzi–Restrizzjonijiet–Logħob tal-ażżard–Verifika mill-qorti nazzjonali tal-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrestrinġi l-eżerċizzju ta’ libertà fundamentali tal-Unjoni Ewropea–Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva–Obbligu tal-qorti adita, fil-kuntest tal-eżami tal-eżistenza ta’ ksur amministrattiv, li teżamina ex officio l-fatti tal-kawża–Ammissibbiltà–Kundizzjoni
(Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)
Skont l-Artikolu 47(1) tal-Karta, kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni jkunu nkisru għandha dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti skont il-kundizzjonijiet previsti fl-imsemmi artikolu. Barra minn hekk, l-Artikolu 19(1) TUE jobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu r-rimedji legali neċessarji sabiex jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva, fis-sens b’mod partikolari tal-Artikolu 47 tal-Karta, fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2016, Lesoochranárske zoskupenie VLK, C‑243/15, EU:C:2016:838, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata). Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu tal-Karta, sa fejn hija kkonċernata l-azzjoni tal-Istati Membri, huwa ddefinit fl-Artikolu 51(1) ta’ din, li jgħid li d-dispożizzjonijiet tal-Karta huma indirizzati lejn l-Istati Membri meta huma jimplementaw id-dritt tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni tikkonferma l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li d-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni huma intiżi sabiex jiġu applikati fis-sitwazzjonijiet kollha rregolati mid-dritt tal-Unjoni, iżda mhux barra minn tali sitwazzjonijiet (sentenza tat-8 ta’ Novembru 2016, Lesoochranárske zoskupenie VLK, C‑243/15, EU:C:2016:838, punt 51). Kif ġie osservat mill-Avukat Ġenerali fil-punt 30 tal-konklużjonijiet tagħha, meta Stat Membru jippromulga miżura li tidderoga minn libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat FUE, bħal-libertà ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fi ħdan l-Unjoni, din il-miżura taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.
(ara l-punti 54-57)
L-Artikoli 49 u 56 TFUE, kif interpretati b’mod partikolari fis-sentenza tat-30 ta’ April 2014, Pfleger et (C‑390/12, EU:C:2014:281), moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux sistema proċedurali nazzjonali li tipprovdi li, fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi ta’ natura kriminali, il-qorti mitluba tiddeċiedi fuq il-konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni li tirrestrinġi l-eżerċizzju ta’ libertà fundamentali tal-Unjoni Ewropea, bħal-libertà ta’ stabbiliment jew il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, għandha teżamina ex officio l-fatti tal-kawża quddiemha fil-kuntest tal-eżami tal-eżistenza ta’ ksur amministrattiv, sakemm tali sistema ma jkollhiex bħala konsegwenza li din il-qorti tkun mitluba tissostitwixxi ruħha flok l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, li għandhom jipprovdu l-provi neċessarji sabiex jippermettu lill-imsemmija qorti tistħarreġ jekk din ir-restrizzjoni hijiex iġġustifikata.
F’dan il-każ, mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, iċċitati fil-punti 3 sa 5 u 12 sa 20 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet amministrattivi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament minħabba illegalità quddiem il-qrati amministrattivi, u dawn tal-aħħar jiddeċiedu fuq il-mertu ta’ dawn ir-rikorsi. Fl-eżerċizzju tal-funzjoni tagħha, il-qorti għandha teżamina l-fatti tal-kawża quddiemha fil-limiti tar-riferiment, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi attenwanti u aggravanti. Fil-kuntest ta’ dawn il-proċeduri, l-awtorità amministrattiva li tkun applikat is-sanzjoni amministrattiva ta’ natura kriminali għandha l-istatus ta’ parti. Abbażi ta’ dawn l-elementi biss, ma hemmx lok li jitqies li tali sistema proċedurali hija tali li tnissel dubji rigward l-imparzjalità tal-qorti nazzjonali, sa fejn din hija inkarigata li tinvestiga l-kawża quddiemha mhux sabiex issostni l-prosekuzzjoni, iżda sabiex twassal sabiex tiġi stabbilita l-verità.
(ara l-punti 63, 64, 67, u d-dispożittiv)