EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0658

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-16 ta’ Novembru 2017.
Robeco Hollands Bezit NV et vs Stichting Autoriteit Financiële Markten (AFM).
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2004/39/KE – Swieq ta’ strumenti finanzjarji – Artikolu 4(1)(14) – Kunċett ta’ ‘suq irregolat’ – Kamp ta’ applikazzjoni – Sistema li fiha jipparteċipaw, minn naħa, sensara li jirrappreżentaw investituri u, min-naħa l-oħra, aġenti ta’ istituzzjonijiet tal-investiment tat-‘tip miftuħ’ li għandhom l-obbligu jeżegwixxu ordnijiet relatati mal-fondi tagħhom.
Kawża C-658/15.

Kawża C‑658/15

Robeco Hollands Bezit NV et

vs

Stichting Autoriteit Financiële Markten (AFM)

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2004/39/KE – Swieq ta’ strumenti finanzjarji – Artikolu 4(1)(14) – Kunċett ta’ ‘suq irregolat’ – Kamp ta’ applikazzjoni – Sistema li fiha jipparteċipaw, minn naħa, sensara li jirrappreżentaw investituri u, min-naħa l-oħra, aġenti ta’ istituzzjonijiet tal-investiment tat-‘tip miftuħ’ li għandhom l-obbligu jeżegwixxu ordnijiet relatati mal-fondi tagħhom”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas‑16 ta’ Novembru 2017

  1. Libertà ta’ stabbiliment–Libertà li jiġu pprovduti servizzi–Swieq ta’ strumenti finanzjarji–Direttiva 2004/39–Sistema multilaterali–Kunċett

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/39, premessa 6 u Artikolu 4(1)(6) u (14))

  2. Libertà ta’ stabbiliment–Libertà li jiġu pprovduti servizzi–Swieq ta’ strumenti finanzjarji–Direttiva 2004/39–Suq irregolat–Kunċett–Sistema bbażata fuq il-parteċipazzjoni, minn naħa, ta’ sensara li jirrappreżentaw investituri u, min-naħa l-oħra, ta’ aġenti ta’ istituzzjonijiet tal-investiment tat-“tip miftuħ” li għandhom l-obbligu jeżegwixxu ordnijiet relatati mal-fondi tagħhom–Inklużjoni

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/39, Artikolu 4(1)(14))

  1.  Għalkemm il-kunċett ta’ sistema multilaterali ma huwiex iddefinit, fih innifsu, minn din id-direttiva, il-premessa 6 tagħha tipprovdi li d-definizzjoni tal-kunċetti ta’ “suq irregolat” u ta’ “faċilità multilaterali tal-kummerċ (MTF)”, li huma ż-żewġ tipi ta’ sistemi multilaterali koperti minn din id-direttiva, għandha teskludi s-sistemi bilaterali li fil-kuntest tagħhom impriża ta’ investiment tidħol f’kull kummerċ f’isimha stess u mhux bħala kontroparti mingħajr riskji mqiegħda bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ. Skont l-Artikolu 4(1)(6) tad-Direttiva 2004/39, negozjar minn persuna f’isimha stess ifisser l-użu tal-kapital tagħha stess bil-għan li tikkonkludi tranżazzjonijiet li jirrigwardaw strumenti finanzjarji. Minn din id-distinzjoni ċara magħmula bejn sistema multilaterali u sistema bilaterali hemm lok li jiġi dedott li l-operatur ta’ suq jew l-impriża ta’ investiment li tħaddem sistema multilaterali taġixxi mingħajr ma tassumi riskji u mingħajr ma tuża l-kapital tagħha stess fil-konklużjoni ta’ tranżazzjonijiet mwettqa fi ħdan din is-sistema.

    (ara l-punti 30, 31)

  2.  L-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “suq irregolat”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sistema ta’ kummerċ li fil-kuntest tagħha diversi aġenti ta’ fondi u sensara jirrappreżentaw rispettivament istituzzjonijiet tal-investiment tat-“tip miftuħ” u investituri, u li hija intiża biss sabiex tassisti lil dawn l-istituzzjonijiet tal-investiment fl-obbligu tagħhom li jeżegwixxu l-ordnijiet ta’ xiri u ta’ bejgħ ta’ ishma magħmula minn dawn l-investituri.

    (ara l-punt 44 u d-dispożittiv)

Top