This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TO0784
Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni
Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni
Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-14 ta ’ Settembru 2015 –
Ir‑Rumanija vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑784/14)
“Rikors għal annullament — Riżorsi proprji tal-Unjoni — Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri — Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni l-ammont korrispondenti għal telf ta’ riżorsi proprji — Ittra tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”
|
1. |
Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Ittra tal-Kummissjoni li tistieden b’mod informali lil Stat Membru sabiex iqiegħed riżorsi proprji tradizzjonali għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni — Esklużjoni — Ittri li ma tipproduċix effetti legali vinkolanti — Inammissibbiltà tar-rikors (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000; Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436) (ara l-punti 20-22, 31-44, 54, 57) |
|
2. |
Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Konstatazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri — Responsabbiltà tal-Istati Membri — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000, Artikoli 2(1), 9(1), u 17(1) u (2); Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436, Artikoli 2(1)(a), u 8(1)) (ara l-punti 24-30) |
Suġġett
Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03/MV D(2014) 3079038, tad‑19 ta’ Settembru 2014, li permezz tagħha dan tal-aħħar jordna lir-Rumanija tqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu l-ammont gross ta’ EUR 14 883.79 (li minnu għandu jitnaqqas 25 % bħala spejjeż ta’ ġbir) li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, u dan sa mhux iktar tard mill-ewwel ġurnata ta’ xogħol li ssegwi d-dsatax-il ġurnata tat-tieni xahar li jippreċedi l-inviju tal-imsemmija ittra.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Slovakka u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. |
|
3) |
Ir-Rumanija hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
4) |
Ir-Rumanija, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent. |
Keywords
Subject of the case
Parti operattiva
Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Ittra tal-Kummissjoni li tistieden b’mod informali lil Stat Membru sabiex iqiegħed riżorsi proprji tradizzjonali għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni – Esklużjoni – Ittri li ma tipproduċix effetti legali vinkolanti – Inammissibbiltà tar-rikors (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000; Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436) (ara l-punti 20-22, 31-44, 54, 57)
2. Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Konstatazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri – Responsabbiltà tal-Istati Membri – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000, Artikoli 2(1), 9(1), u 17(1) u (2); Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436, Artikoli 2(1)(a), u 8(1)) (ara l-punti 24-30)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03/MV D(2014) 3079038, tad‑19 ta’ Settembru 2014, li permezz tagħha dan tal-aħħar jordna lir-Rumanija tqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu l-ammont gross ta’ EUR 14 883.79 (li minnu għandu jitnaqqas 25 % bħala spejjeż ta’ ġbir) li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, u dan sa mhux iktar tard mill-ewwel ġurnata ta’ xogħol li ssegwi d-dsatax-il ġurnata tat-tieni xahar li jippreċedi l-inviju tal-imsemmija ittra.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Slovakka u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
3) Ir-Rumanija hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
4) Ir-Rumanija, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.