This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TO0479
Kendrion vs Union européenne
Kendrion vs Union européenne
Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Jannar 2015 — Kendrion vs L-Unjoni Ewropea
(Kawża T‑479/14)
“Rikors għad-danni — Terminu raġonevoli — Rappreżentanza tal-Unjoni — Rifjut tal eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà”
|
1. |
Unjoni Ewropea — Rappreżentanza quddiem il-qrati tal-Unjoni Ewropea — Rikors għad-danni ppreżentat kontra l-Unjoni intiż għall-kisba tal-kumpens għad-dannu allegatament subiti riżultat ta’ dewmien mhux raġonevoli tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni — Rappreżentanza tal-Unjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja (Artikoli 13 TUE, 17(1), TUE u 19 TUE ; Artikoli 256(1), TFUE, 268 TFUE, 335 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340, TFUE) (ara l-punti 14, 15, 17-19, 28-31) |
|
2. |
Proċedura ġudizzjarja — Tqassim tal-kompetenzi bejn il-varji qrati tal-Unjoni — Talba għal kumpens għal dewmien eċċessiv tal-proċeduri ġudizzjarji — Ġurisdizzjoni tal-qorti li allegatament hija nieqsa sabiex tippronunzja ruħha f’kulleġġ ieħor ta’ ġudikanti — Rappreżentanza tal-Unjoni, parti konvenuta mill-Qorti tal-Ġustizzja — Assenza ta’ effett (Artikoli 256(1), TFUE, 268 TFUE u 340 TFUE) (ara l-punti 45-48, 51-53) |
Suġġett
Rikors għad-danni intiż għall-kisba tal-kumpens għad-dannu allegatament subit riżultat ta’ dewmien mhux raġonevoli tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-Kawża T‑54/06, Kendrion vs Il-Kummissjoni.
Dispożittiv
|
1) |
L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |