Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0703

    Kawża T-703/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2017 – Diktyo Amyntikon Viomichanion Net vs Il-Kummissjoni (“Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt Firerob konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) — Spejjeż eliġibbli — Talba għar-rimbors tal-ammonti mħallsa lir-rikorrenti — Delega ta’ poteri — Ammissibbiltà — Eżerċizzju abbużiv ta’ drittijiet kuntrattwali — Aspettattivi leġittimi — Proporzjonalità”)

    ĠU C 78, 13.3.2017, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 78/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2017 – Diktyo Amyntikon Viomichanion Net vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-703/14) (1)

    ((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt Firerob konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għal azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Spejjeż eliġibbli - Talba għar-rimbors tal-ammonti mħallsa lir-rikorrenti - Delega ta’ poteri - Ammissibbiltà - Eżerċizzju abbużiv ta’ drittijiet kuntrattwali - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità”))

    (2017/C 078/26)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Diktyo Amyntikon Viomichanion Net AEVE (Kaisariani, il-Greċja) (rappreżentanti: K. Damis u E. Chrysochoïdou, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, M. Konstantinidis u A. Kyratsou, aġenti)

    Suġġett

    Talba abbażi tal-Artikolu 272 TFUE u intiża, minn naħa, biex il-Qorti Ġenerali tikkonstata li l-Kummissjoni kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha meta ħarġet in-nota ta’ debitu Nru 3241409008, tal-25 ta’ Lulju 2014, u li l-ispejjeż iddikjarati mir-rikorrenti fil-kuntest tal-kuntratt FP7-SME-2007-222303, dwar it-twettiq tal-proġett “FIREROB – Autonomous Fire-Fighting Robotic Vehicle”, huma eliġibbli u, min-naħa l-oħra, biex il-Kummissjoni tiġi kkundannata toħroġ nota ta’ kreditu f’ammont ta’ EUR 64 574,73.

    Dispożittiv

    1)

    L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.

    2)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors sa fejn dan jikkonċerna talba għal rimbors għal ammont li jeċċedi EUR 37 247,05, flimkien mal-interessi mid-9 ta’ Settembru 2014.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea kisret l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-kuntratt FP7-SME-2007-222303, dwar it-twettiq tal-proġett “FIREROB – Autonomous Fire-Fighting Robotic Vehicle”, meta talbet lil Diktyo Amyntikon Viomichanion Net AEVE tirrimborsalha ammont li jeċċedi EUR 9 007, flimkien mal-interessi mid-9 ta’ Settembru 2014.

    4)

    Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

    5)

    Il-Kummissjoni għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tagħha stess kif ukoll tliet kwarti minn dawk esposti minn Diktyo Amyntikon Viomichanion Net, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

    6)

    Diktyo Amyntikon Viomichanion Net għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha kif ukoll kwart minn dawk tal-Kummissjoni, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 448, 15.12.2014.


    Top