Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0473

    Bero

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-immigrazzjoni — Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment — Direttiva 2008/115 — Detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija — Obbligu għal Stat Membru bi struttura federali li, bħala regola ġenerali, jimplementa d-detenzjoni f’faċilitajiet speċjalizzati ta’ detenzjoni anki meta ma jkunx hemm tali faċilitajiet fil-parti mill-istruttura federali tal-Istat li tkun kompetenti

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, Artikolu 16(1))

    Summary

    L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru huwa obbligat, bħala regola ġenerali, iqiegħed f’faċilità speċjalizzata ta’ detenzjoni ta’ dan l-Istat liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment miżmuma taħt detenzjoni għall-finijiet tat-tneħħija tagħhom, u dan anki meta l-imsemmi Stat Membru jkollu struttura federali u l-parti mill-istruttura federali tal-Istat li tkun kompetenti sabiex tiddeċiedi u teżegwixxi tali tqegħid skont id-dritt nazzjonali ma jkollhiex tali faċilità ta’ detenzjoni.

    Fil-fatt, l-obbligu, previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115, li d-detenzjoni ssir bħala regola ġenerali f’faċilitajiet speċjalizzati ta’ detenzjoni japplika għall-Istati Membri bħala tali, u mhux għall-Istati Membri skont l-istruttura amministrattiva jew kostituzzjonali rispettiva tagħhom.

    Għaldaqstant, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2008/115 għandhom ikunu jistgħu jwettqu d-detenzjoni f’faċilitajiet speċjalizzati ta’ detenzjoni.

    Madankollu, din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115 ma timplikax li Stat Membru li jkollu struttura federali huwa obbligat jistabbilixxi faċilitajiet speċjalizzati ta’ detenzjoni f’kull parti mill-istruttura federali tal-Istat. Madankollu, għandu jiġi ggarantit, b’mod partikolari permezz ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni amministrattiva, li l-awtoritajiet kompetenti ta’ parti mill-istruttura federali tal-Istat li ma jkollhomx tali faċilitajiet ikunu jistgħu jqiegħdu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin jistennew it-tneħħija f’faċilitajiet speċjalizzati ta’ detenzjoni li jkunu jinsabu f’partijiet oħra mill-istruttura federali tal-Istat.

    (ara l-punti 28, 29, 31 u 32, u d-dispożittiv)

    Top

    Kawżi magħquda C‑473/13 u C‑514/13

    Adala Bero

    vs

    Regierungspräsidium Kassel

    u

    Ettayebi Bouzalmate

    vs

    Kreisverwaltung Kleve

    (talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof u mil-Landgericht München I)

    “Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment — Artikolu 16(1) — Detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija — Detenzjoni f’ħabs — Impossibbiltà li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jitqiegħdu f’faċilità speċjalizzata ta’ detenzjoni — Assenza ta’ tali ċentru fil-Land fejn ikun iddetenut iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Lulju 2014

    Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment – Direttiva 2008/115 – Detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija – Obbligu għal Stat Membru bi struttura federali li, bħala regola ġenerali, jimplementa d-detenzjoni f’faċilitajiet speċjalizzati ta’ detenzjoni anki meta ma jkunx hemm tali faċilitajiet fil-parti mill-istruttura federali tal-Istat li tkun kompetenti