This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CJ0377
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża C‑377/13
Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta SA
vs
Autoridade Tributária e Aduaneira
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kunċett ta’ ‘qorti jew tribunal ta’ Stat Membru’ — Tribunal Arbitral Tributário — Direttiva 69/335/KEE — Artikoli 4 u 7 — Żieda fil-kapital ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju — Taxxa tal-boll fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1984 — Tneħħija ta’ din it-taxxa tal-boll sussegwentement, imbagħad introduzzjoni mill-ġdid tagħha”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014
Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE
(Artikolu 267 TFUE)
Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Dazju fuq il-kapital impost fuq il-kumpanniji b’kapital azzjonarju
(Direttiva tal-Kunsill 69/335, Artikoli 4(1)(ċ) u 7(1) u (2))
Sabiex tiddetermina jekk l-organu tar-rinviju għandux in-natura ta’ “qorti jew tribunal”, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, liema kwistjoni taqa’ unikament taħt id-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu inkunsiderazzjoni sensiela ta’ kriterji, bħal jekk l-organu huwiex stabbilit mil-liġi, jekk huwiex permanenti, jekk il-ġurisdizzjoni tiegħu hijiex ta’ natura obbligatorja, jekk il-proċeduri quddiemu humiex kontradittorji, jekk l-organu japplikax regoli tad-dritt, kif ukoll jekk huwiex indipendenti.
F’dan ir-rigward, l-organu tar-rinviju għandu l-elementi kollha neċessarji sabiex jiġi kklassifikat bħala qorti jew tribunal ta’ Stat Membru, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għal domanda preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário.
(ara l-punti 23, 34, 35)
L-Artikoli 4(1)(ċ) u 7(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva 85/303, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu l-introduzzjoni mill-ġdid minn Stat Membru ta’ dazju fuq il-kapital fuq operazzjonijiet ta’ żieda fil-kapital azzjonarju li jaqgħu taħt l-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, li kienu suġġetti għal tali dazju fl-1 ta’ Lulju 1984, iżda ġew, sussegwentement, eżentati minnu.
Fil-fatt, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335 jipprovdi l-obbligu ċar u mingħajr kundizzjoni, għall-Istati Membri, li jeżentaw mid-dazju fuq il-kapital kull operazzjoni li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva li, fl-1 ta’ Lulju 1984, kienet eżenti jew intaxxata b’rata ugwali jew inqas minn 0.50 %.
Madankollu, sa fejn operazzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 69/335 kienu, fl-1 ta’ Lulju 1984, suġġetti għal dazju fuq il-kapital, b’rata ogħla minn 0.50 %, Stat Membru seta’, b’mod konformi mal-Artikolu 7(2) ta’ din id-direttiva, jiddeċiedi li jkompli jissuġġetta dan it-tip ta’ operazzjonijiet għad-dazju fuq il-kapital fil-mument tal-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni, fl-1 ta’ Jannar 1986.
F’dan ir-rigward, ir-riferiment għad-data tal-1 ta’ Lulju 1984, li sar fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 69/335, ma jistax jikkostitwixxi għall-Istati Membri li, f’din id-data, issuġġettaw l-operazzjonijiet inkwistjoni għal dritt fuq il-kapital, b’rata ogħla minn 0.50 %, awtorizzazzjoni ta’ introduzzjoni mill-ġdid ta’ tali dazju wara li jkunu rrinunzjaw għaliha. Fil-fatt, ir-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni kienet li d-dazju fuq il-kapital jitħassar, filwaqt li l-possibbiltà li dan jinżamm kienet biss eċċezzjoni mmotivata mill-biża’ ta’ telf ta’ dħul mill-Istati Membri. Għalhekk, anki jekk it-telf ta’ dħul baġitarju seta’ jiġġustifika ż-żamma tad-dazju fuq il-kapital lil hinn mill-1 ta’ Lulju 1984, fil-limiti esposti fl-Artikolu 7(2) ta’ din id-direttiva, dan ma setax jiġġustifika l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ dan id-dazju.
(ara l-punti 45, 46, 50, 52 u d-dispożittiv)
Kawża C‑377/13
Ascendi Beiras Litoral e Alta, Auto Estradas das Beiras Litoral e Alta SA
vs
Autoridade Tributária e Aduaneira
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kunċett ta’ ‘qorti jew tribunal ta’ Stat Membru’ — Tribunal Arbitral Tributário — Direttiva 69/335/KEE — Artikoli 4 u 7 — Żieda fil-kapital ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju — Taxxa tal-boll fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1984 — Tneħħija ta’ din it-taxxa tal-boll sussegwentement, imbagħad introduzzjoni mill-ġdid tagħha”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014
Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE
(Artikolu 267 TFUE)
Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital – Dazju fuq il-kapital impost fuq il-kumpanniji b’kapital azzjonarju