Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0118

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C‑118/13

    Gülay Bollacke

    vs

    K + K Klaas & Kock B. V. & Co. KG

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Hamm)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Leave annwali mħallas — Kumpens finanzjarju fil-każ ta’ mewt”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014

    1. Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Dritt għal-leave annwali mħallas – Prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni li għandu importanza partikolari – Limiti

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7(2); Direttiva tal-Kunsill 93/104)

    2. Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Dritt għal-leave annwali mħallas – Kumpens finanzjarju għal leave annwali mħallas mhux meħud fi tmiem ir-relazzjoni ta’ impjieg – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta dan il-kumpens fil-każ ta’ leave tal-mard matul il-perijodu ta’ riferenza – Inammissibbiltà

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7(2))

    3. Politika soċjali – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Dritt għal-leave annwali mħallas – Kumpens finanzjarju għal leave annwali mħallas mhux meħud fi tmiem ir-relazzjoni ta’ impjieg – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-terminazzjoni tad-dritt għal kumpens finanzjarju fil-każ tal-mewt tal-ħaddiem – Inammissibbiltà – Benefiċċju tal-kumpens indipendenti minn talba minn qabel tal-persuna kkonċernata

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 5, 16)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 17, 18)

    3.  L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prattiki nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jipprevedu li d-dritt għal-leave annwali mħallas jispiċċa mingħajr ma jingħata d-dritt għal kumpens finanzjarju għal-leave mhux meħud, meta r-relazzjoni ta’ impjieg tiġi tterminata minħabba l-mewt tal-ħaddiem. Il-benefiċċju ta’ tali kumpens ma jistax jiddependi fuq talba minn qabel mill-persuna kkonċernata.

      Fil-fatt, minn naħa, dan id-dritt għal-leave annwali jikkostitwixxi biss wieħed miż-żewġ aspetti ta’ prinċipju essenzjali tad-dritt soċjali tal-Unjoni u li dan tal-aħħar ifisser ukoll id-dritt għall-għoti ta’ ħlas, meta r-relazzjoni ta’ impjieg tintemm. Min-naħa l-oħra, il-benefiċċju ta’ kumpens pekunjarju fil-każ fejn ir-relazzjoni ta’ impjieg itterminat minħabba l-mewt tal-ħaddiem huwa essenzjali sabiex jiżgura l-effettività tad-dritt għal-leave annwali mħallas mogħti lill-ħaddiem skont id-Direttiva 2003/88. Fil-fatt, jekk l-obbligu li jitħallas il-leave annwali jintemm mat-terminazzjoni tar-relazzjoni ta’ impjieg minħabba l-mewt tal-ħaddiem, din iċ-ċirkustanza jkollha l-konsegwenza li okkorrenza aċċidentali, li hija lil hinn mill-kontroll kemm tal-ħaddiem kif ukoll tal-persuna li timpjega, twassal retroattivament għat-telf totali tad-dritt għal-leave annwali mħallas stess, kif stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88.

      Barra minn hekk, peress li l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 ma jimponi ebda kundizzjoni għall-għoti tad-dritt għal kumpens finanzjarju ieħor għajr dak li jirriżulta mill-fatt li l-relazzjoni ta’ impjieg itterminat, il-benefiċċju ta’ tali kumpens ma għandux jiġi suġġett għall-eżistenza ta’ talba minn qabel għal dan il-għan.

      (ara l-punti 20, 23-25, 27, 29, 30 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C‑118/13

    Gülay Bollacke

    vs

    K + K Klaas & Kock B. V. & Co. KG

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Hamm)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2003/88/KE — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Leave annwali mħallas — Kumpens finanzjarju fil-każ ta’ mewt”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014

    1. Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal-leave annwali mħallas — Prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni li għandu importanza partikolari — Limiti

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7(2); Direttiva tal-Kunsill 93/104)

    2. Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal-leave annwali mħallas — Kumpens finanzjarju għal leave annwali mħallas mhux meħud fi tmiem ir-relazzjoni ta’ impjieg — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta dan il-kumpens fil-każ ta’ leave tal-mard matul il-perijodu ta’ riferenza — Inammissibbiltà

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/88, Artikolu 7(2))

    3. Politika soċjali — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Dritt għal-leave annwali mħallas — Kumpens finanzjarju għal leave annwali mħallas mhux meħud fi tmiem ir-relazzjoni ta’ impjieg — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-terminazzjoni tad-dritt għal kumpens finanzjarju fil-każ tal-mewt tal-ħaddiem — Inammissibbiltà — Benefiċċju tal-kumpens indipendenti minn talba minn qabel tal-persuna kkonċernata