Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0058

    Torresi

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE — Kunċett — Consiglio Nazionale Forense (Kunsill nazzjonali tal-ordni tal-avukati) — Inklużjoni

    (Artikolu 267 TFUE)

    2. Domandi preliminari — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Domanda ta’ interpretazzjoni li diġà ngħatatilha risposta f’każ analogu — Possibbiltà ta’ rinviju miftuħa għal kull qorti nazzjonali — Ammissibbiltà ta’ talba ġdida

    (Artikolu 267 TFUE)

    3. Droit de l’Union européenne — Eżerċizzju abbużiv ta’ dritt li jirriżulta minn dispożizzjoni tal-Unjoni — Tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu prattika abbużiva — Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

    4. Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Avukati — Eżerċizzju permanenti tal-professjoni fi Stat Membru ieħor minbarra f’dak li fih inkisbet il-kwalifika — Direttiva 98/5 — Ritorn fl-Istat Membru ta’ oriġini ftit wara l-kisba tal-kwalifika professjonali fi Stat Membru ieħor — Prattika abbużiva — Assenza

    (Direttiva tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill 98/5, Artikoli 1(1) u 3)

    5. Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Avukati — Eżerċizzju permanenti tal-professjoni fi Stat Membru ieħor minbarra f’dak li fih inkisbet il-kwalifika — Direttiva 98/5 — Artikolu 3 — Evalwazzjoni tal-validità fid-dawl tar-rispett tal-identità nazzjonali tal-Istati Membri — Validità

    (Artikolu 4(2) TUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/5, Artikolu 3)

    Summary

    1. Sabiex jiġi ddeterminat jekk korp tar-rinviju għandux in-natura ta’ qorti fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni sensiela ta’ kriterji, bħall-oriġini legali tal-korp, il-permanenza tiegħu, in-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tiegħu, in-natura kontradittorja tal-proċedura, l-applikazzjoni, mill-korp, tar-regoli tad-dritt kif ukoll l-indipendenza tiegħu.

    Għal dak li jikkonċerna, b’mod iktar preċiż, l-indipendenza tal-korp tar-rinviju, din il-kundizzjoni tippreżupponi li l-imsemmi korp ikun protett minn interventi jew pressjonijiet esterni li jistgħu jqiegħdu fil-perikolu l-indipendenza tad-deċiżjoni tal-membri tiegħu fir-rigward tal-kawżi mressqa quddiemu.

    Barra minn hekk, sabiex jiġi stabbilit jekk korp nazzjonali, mogħti funzjonijiet ta’ natura differenti mil-liġi, għandux jiġi kkwalifikat bħala “qorti” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, huwa neċessarju li tiġi vverifikata n-natura speċifika tal-funzjonijiet li huwa jkun qiegħed jeżerċita fil-kuntest legali partikolari li fiha ssir it-talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Il-qrati nazzjonali jistgħu jressqu talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja biss jekk ikun hemm kawża pendenti quddiemhom u jekk jissejħu sabiex jagħtu d-deċiżjoni tagħhom fil-kuntest ta’ proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja.

    (ara l-punti 17-19)

    2. Fil-kuntest ta’ domanda preliminari, minkejja l-fatt li tkun teżisti ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ssolvi l-punt ta’ liġi inkwistjoni, il-qrati nazzjonali jibqgħu kompletament liberi li jressqu talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk iqisu li dan ikun opportun, u l-fatt li d-dispożizzjonijiet li l-interpretazzjoni tagħhom tkun qiegħda tintalab ikunu diġà ġew interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja ma ċċaħħadx lil din tal-aħħar mill-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tiddeċiedi mill-ġdid.

    (ara l-punt 32)

    3. Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 42-46)

    4. L-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/5, intiża sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li ċittadin ta’ Stat Membru jmur fi Stat Membru ieħor sabiex hemmhekk jikseb il-kwalifika professjonali ta’ avukat wara li jkun għadda mill-eżamijiet universitarji u li jirritorna fl-Istat Membru li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza sabiex hemmhekk jeżerċita l-professjoni ta’ avukat bis-saħħa tat-titolu professjonali miksub fl-Istat Membru fejn tkun inkisbet din il-kwalifika professjonali ma jistax jikkostitwixxi prattika abbużiva.

    Fil-fatt, l-għan tad-Direttiva 98/5 huwa li tiffaċilita l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fi Stat Membru ieħor minn dak li fih tkun inkisbet il-kwalifika professjonali.

    F’dan ir-rigward, id-dritt taċ-ċittadini ta’ Stat Membru li jagħżlu, minn naħa, l-Istat Membru li fih jixtiequ jiksbu l-kwalifiki professjonali tagħhom u, min-naħa l-oħra, dak fejn għandhom l-intenzjoni li jipprattikaw il-professjoni tagħhom huwa inerenti fl-eżerċizzju, f’suq wieħed, tad-drittijiet fundamentali garantiti mit-Trattati.

    Għalhekk, il-fatt li ċittadin ta’ Stat Membru, li jkun kiseb diploma universitarja f’dan l-istess Stat, imur fi Stat Membru ieħor sabiex hemmhekk jikseb il-kwalifika professjonali ta’ avukat u li, sussegwentement, jirritorna fl-Istat Membru li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza sabiex hemmhekk jeżerċita l-professjoni ta’ avukat bis-saħħa tat-titolu professjonali miksub fl-Istat Membru fejn tkun inkisbet din il-kwalifika professjonali jikkostitwixxi wieħed mill-każijiet fejn l-għan tad-Direttiva 98/5 ikun intlaħaq u ma jistax jikkostitwixxi, fin innifsu, użu abbużiv tad-dritt ta’ stabbiliment li jirriżulta mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/5.

    Barra minn hekk, il-fatt li ċittadin ta’ Stat Membru għażel li jikseb kwalifika professjonali fi Stat Membru ieħor minn dak li fih huwa jirrisjedi sabiex jibbenefika minn leġiżlazzjoni iktar favorevoli ma jippermettix, fih innifsu, li tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ abbuż ta’ dritt.

    Barra minn hekk, tali ċirkustanza ma tistax tiġi invalidata mill-fatt li l-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal iskrizzjoni fil-lista tal-avukati stabbiliti mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tkun saret ftit wara l-kisba tat-titolu professjonali fl-Istat Membru ta’ oriġini. Fil-fatt, l-Artikolu 3 ta’ Direttiva 98/5 bl-ebda mod ma jipprevedi li l-iskrizzjoni ta’ avukat li jkun jixtieq jipprattika l-professjoni tiegħu fi Stat Membru ieħor minn dak li fih ikun kiseb il-kwalifika professjonali tiegħu mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista’ tiġi suġġetta għall-kundizzjoni ta’ perijodu ta’ esperjenza prattika bħala avukat fl-Istat Membru ta’ oriġini.

    (ara l-punti 47-52 u d-dispożittiv 1)

    5. Sa fejn l-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/5, intiża sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni, jippermetti liċ-ċittadini ta’ Stat Membru, li jkunu kisbu t-titolu professjonali ta’ avukat fi Stat Membru ieħor, jipprattikaw il-professjoni tagħhom fl-Istat li tiegħu għandhom iċ-ċittadinanza bis-saħħa tat-titolu professjonali miksub fl-Istat Membru ta’ oriġini, dan l-artikolu ma jistax jaffettwa l-istrutturi politiċi u kostituzzjonali fundamentali u lanqas il-funzjonijiet essenzjali tal-Istat Membru ospitanti fis-sens tal-Artikolu 4(2) TUE.

    Fil-fatt, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/5 jirrigwarda unikament id-dritt li persuna tistabbilixxi ruħha fi Stat Membru sabiex tipprattika hemmhekk il-professjoni ta’ avukat bis-saħħa tat-titolu professjonali miksub fl-Istat Membru ta’ oriġini. Din id-dispożizzjoni ma tirregolax l-aċċess għall-professjoni ta’ avukat u lanqas il-prattika ta’ din il-professjoni bis-saħħa tat-titolu professjonali mogħti fl-Istat Membru ospitanti. Minn dan jirriżulta neċessarjament li applikazzjoni għal iskrizzjoni fil-lista tal-avukati stabbiliti, ippreżentata skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/5, ma hijiex ta’ natura li tippermetti li tiġi evitata l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ospitanti dwar l-aċċess għall-professjoni ta’ avukat.

    (ara l-punti 56-59 u d-dispożittiv 2)

    Top

    Kawżi magħquda C‑58/13 u C‑59/13

    Angelo Alberto Torresi

    u

    Pierfrancesco Torresi

    vs

    Consiglio dell’Ordine degli Avvocati di Macerata

    (talbiet għal deċiżjoni preliminari

    mressqa mill-Consiglio Nazionale Forense)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-persuni — Aċċess għall-professjoni ta’ avukat — Possibbiltà li tiġi rrifjutata l-iskrizzjoni fil-lista tal-ordni tal-avukati liċ-ċittadini ta’ Stat Membru li jkunu kisbu l-kwalifika professjonali ta’ avukat fi Stat Membru ieħor — Abbuż ta’ dritt”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Lulju 2014

    1. Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Qorti nazzjonali fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE – Kunċett – Consiglio Nazionale Forense (Kunsill nazzjonali tal-ordni tal-avukati) – Inklużjoni

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Domanda ta’ interpretazzjoni li diġà ngħatatilha risposta f’każ analogu – Possibbiltà ta’ rinviju miftuħa għal kull qorti nazzjonali – Ammissibbiltà ta’ talba ġdida

      (Artikolu 267 TFUE)

    3. Droit de l’Union européenne – Eżerċizzju abbużiv ta’ dritt li jirriżulta minn dispożizzjoni tal-Unjoni – Tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu prattika abbużiva – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

    4. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Avukati – Eżerċizzju permanenti tal-professjoni fi Stat Membru ieħor minbarra f’dak li fih inkisbet il-kwalifika – Direttiva 98/5 – Ritorn fl-Istat Membru ta’ oriġini ftit wara l-kisba tal-kwalifika professjonali fi Stat Membru ieħor – Prattika abbużiva – Assenza

      (Direttiva tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill 98/5, Artikoli 1(1) u 3)

    5. Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Avukati – Eżerċizzju permanenti tal-professjoni fi Stat Membru ieħor minbarra f’dak li fih inkisbet il-kwalifika – Direttiva 98/5 – Artikolu 3 – Evalwazzjoni tal-validità fid-dawl tar-rispett tal-identità nazzjonali tal-Istati Membri – Validità