Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CJ0144

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas — Regolament Nru 1896/2006 — Proċedura ta’ natura kontradittorja — Assenza

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1896/2006, Artikoli 1(1)(a) u 12(3)]

2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas — Regolament Nru 1896/2006 — Oppożizzjoni għall-ordni għal ħlas Ewropew li ma fihiex kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru tal-oriġini — Effetti — Dehra tal-konvenut skont l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 44/2001 — Assenza — Oppożizzjoni li fiha motivi relattivi għall-mertu — Assenza ta’ effett

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1896/2006, Artikoli 6 u 17; Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 24)

Summary

1. Ir-Regolament Nru 1896/2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, għandu b’mod partikolari bħala għan li jissemplifika, li jħaffef u li jnaqqas l-ispejjeż ta’ proċedura fit-tilwim transkonfinali dwar dejn pekunjarju mhux ikkontestat. Il-proċedura semplifikata u uniformi stabbilita b’dan ir-Regolament ma hijiex kontradittorja. Fil-fatt, il-konvenut ikun jaf bil-ħruġ tal-ordni ta’ ħlas Ewropea biss fil-mument meta din tiġi servuta jew innotifikata lilu. F’dan il-mument, dan għandu l-possibbiltà li jew iħallas l-ammont indikat fiha lill-pretendent, jew li jopponi l-ordni quddiem il-qorti tal-oriġini.

(ara l-punti 28, 29)

2. L-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1896/2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li oppożizzjoni għall-ordni ta’ ħlas Ewropea li ma tinkludix kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru ta’ oriġini ma tistax titqies li hija dehra, fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, u li l-fatt li l-konvenut ippreżenta, fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa minnu, motivi dwar il-mertu tal-kawża huwa irrilevanti f’dan ir-rigward.

Fil-fatt, minn naħa, meta fl-oppożizzjoni tiegħu għall-ordni ta’ ħlas Ewropea l-konvenut ma jikkontestax il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Istat Membru ta’ oriġini, din l-oppożizzjoni ma tistax toħloq, fir-rigward ta’ dan il-konvenut, effetti differenti minn dawk li jirriżultaw mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1896/2006. Dawn l-effetti jikkonsistu fit-terminazzjoni tal-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea u fl-attivazzjoni, ħlief jekk il-konvenut ikun espressament talab li tintemm il-proċedura f’dan il-każ, tal-passaġġ awtomatiku tal-każ lejn il-proċedura ċivili ordinarja.

Min-naħa l-oħra, tali oppożizzjoni li tinkludi dawn il-motivi ma tistax titqies, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-Qorti li għandha l-ġurisdizzjoni abbażi tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 44/2001, bħala l-ewwel difiża ppreżentata fil-kuntest tal-proċedura ċivili ordinarja li ssegwi l-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea. Fil-fatt, li jitqies li tali oppożizzjoni tekwivali għall-ewwel difiża jkun jirriżulta fir-rikonoxximent li l-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea u l-proċedura ċivili ordinarja li ssegwiha jikkostitwixxu, fil-prinċipju, proċedura unika. Tali interpretazzjoni hija diffiċilment konċiljabbli mal-fatt li l-ewwel waħda minn dawn il-proċeduri ssegwi r-regoli stabbiliti mir-Regolament Nru 1896/2006, filwaqt li t-tieni waħda tiżvolġi ruħha, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 17(1) tal-imsemmi Regolament, b’mod konformi mar-regoli tal-proċedura ċivili ordinarja. Din l-interpretazzjoni tkun ukoll f’kunflitt mal-fatt li din il-proċedura ċivili mhux neċessarjament tiżvolġi ruħha quddiem l-istess qorti bħal dik li quddiemha tiġi segwita l-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea. Finalment, tali interpretazzjoni tmur kontra l-għan tal-oppożizzjoni għall-ordni ta’ ħlas Ewropea. F’dan ir-rigward, ebda dispożizzjoni tar-Regolament Nru 1896/2006 u, b’mod partikolari, lanqas l-Artikolu 16(3) tiegħu, ma teħtieġ li konvenut jippreċiża l-motivi tal-oppożizzjoni tiegħu, b’tali mod li din tal-aħħar hija intiża mhux biex isservi bħala kuntest għal difiża fil-mertu, iżda, sabiex il-konvenut ikun jista’ jikkontesta l-kreditu.

(ara l-punti 31, 38-40, 43 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C-144/12

Goldbet Sportwetten GmbH

vs

Massimo Sperindeo

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof)

“Regolament (KE) Nru 1896/2006 — Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas — Artikoli 6 u 17 — Oppożizzjoni għall-ordni ta’ ħlas Ewropea mingħajr kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Istat Membru tal-oriġini — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Artikolu 24 — Dehra tal-konvenut quddiem il-Qorti li quddiemha tressqet il-kawża — Applikabbiltà fil-kuntest tal-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas – Regolament Nru 1896/2006 – Proċedura ta’ natura kontradittorja – Assenza

    (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1896/2006, Artikoli 1(1)(a) u 12(3)]

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas – Regolament Nru 1896/2006 – Oppożizzjoni għall-ordni għal ħlas Ewropew li ma fihiex kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru tal-oriġini – Effetti – Dehra tal-konvenut skont l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 44/2001 – Assenza – Oppożizzjoni li fiha motivi relattivi għall-mertu – Assenza ta’ effett