This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0028
Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill
Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill
Court reports – general
Kawża C‑28/12
Il-Kummissjoni Ewropea
vs
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
“Rikors għal annullament — Ftehimiet internazzjonali mħalltin — Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-iffirmar u ta’ applikazzjoni provviżorja ta’ dawn il-ftehimiet — Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill — Awtonomija tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni — Parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-proċedura u fid-deċiżjoni previsti fl-Artikolu 218 TFUE — Modalitajiet tal-votazzjoni fi ħdan il-Kunsill”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-28 ta’ April 2015
Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Istati Membri li tawtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ ftehim internazzjonali mħallat – Inklużjoni
(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri 2011/708)
Rikors għal annullament – Rikors tal-Istati Membri, tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni – Ammissibbiltà mhux suġġetta għall-prova ta’ interess ġuridiku
(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)
Ftehimiet internazzjonali – Kompetenzi tal-Unjoni u tal-Istati Membri – Deċiżjoni konġunta tal-Kunsill u tal-Istati Membri li tikkonċerna l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ ftehim imħallat u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu fuq il-livell nazzjonali – Inammissibbiltà – Obbligu ta’ osservanza tat-tqassim tal-kompetenzi u tar-regoli tal-proċedura u tal-votazzjoni previsti fit-Trattat
(Artikolu 13(2) TUE; Artikolu 218(2)(5) u (8) TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri 2011/708)
Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja – Żamma tal-effetti tal-att ikkontestat sas-sostituzzjoni ta’ dan tal-aħħar fi żmien raġonevoli – Ġustifikazzjoni bbażata fuq raġunijiet ta’ ċertezza legali
(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri 2011/708)
Ir-rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE għandu jkun miftuħ għad-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, indipendentement min-natura tagħhom jew mill-forma tagħhom, sakemm dawn ikunu intiżi li jipproduċu effetti legali. Għandha titqies li hija att tal-Kunsill li fir-rigward tiegħu jista’ jiġi ppreżentat rikors għal annullament deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri li tikkonċerna l-iffirmar ta’ ftehim ta’ adeżjoni ta’ Stati terzi għal ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni u ta’ ftehim anċillari f’isem l-Unjoni, kif ukoll li tikkonċerna l-applikazzjoni provviżorja ta’ dawn il-ftehimiet mill-Unjoni, minn naħa, u mill-Istati Membri, min-naħa l-oħra, peress li l-Kunsill ipparteċipa fid-deċiżjonijiet adottati fuq dawn il-punti kollha.
(ara l-punti 14, 15, 17)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 18)
Skont l-Artikolu 13(2) TUE, kull istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati, u skont il-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-finijiet previsti minnhom. F’dan ir-rigward, ir-regoli dwar il-formazzjoni tar-rieda tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jiġu stabbiliti mit-Trattati u la huma għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u lanqas tal-istituzzjonijiet stess.
F’dak li jirrigwarda deċiżjoni li tawtorizza l-iffirmar ta’ ftehim bejn l-Unjoni u xi Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali u, jekk ikun il-każ, l-applikazzjoni provviżorja tiegħu mill-Unjoni, skont l-Artikolu 218(5) TFUE, ebda kompetenza ma hija rrikonoxxuta lill-Istati Membri, peress li d-deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kunsill. Għandha għaldaqstant tiġi annullata deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri li tawtorizza l-iffirmar ta’ ftehim imħallat f’isem l-Unjoni u li tipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tiegħu, li fir-realtà tgħaqqad żewġ atti differenti, jiġifieri, minn naħa, att dwar l-iffirmar tal-imsemmi ftehim f’isem l-Unjoni u dwar l-applikazzjoni provviżorja tiegħu minn din tal-aħħar u, min-naħa l-oħra, att dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim mill-Istati Membri, mingħajr ma huwa possibbli li ssir distinzjoni ta’ liema att jirrifletti r-rieda tal-Kunsill u liema att jirrifletti r-rieda tal-Istati Membri. Billi sar hekk, il-Kunsill kien involut, bħala istituzzjoni tal-Unjoni, fl-adozzjoni tal-att li jikkonċerna l-applikazzjoni provviżorja ta’ ftehim imħallat mill-Istati Membri, filwaqt li qabelxejn tali att jaqa’ taħt id-dritt intern ta’ kull wieħed minn dawn l-Istati u, sussegwentement, taħt id-dritt internazzjonali. Barra minn hekk, peress li l-Artikolu 218(8) TFUE jipprevedi li l-Kunsill għandu jiddeċiedi, f’isem l-Unjoni, b’maġġoranza kwalifikata, iż-żewġ atti differenti, miġbura fl-imsemmija deċiżjoni, ma jistgħux jiġu adottati b’mod validu fl-ambitu ta’ proċedura unika. Issa, l-att li jikkonċerna l-applikazzjoni provviżorja ta’ ftehim imħallat mill-Istati Membri jimplika qbil tar-rappreżentanti ta’ dawn l-Istati, u għaldaqstant il-ftehim unanimu tagħhom.
Barra minn hekk, minkejja li huwa minnu li, fil-qasam tal-ftehimiet imħalltin, għandha tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kemm fil-proċess tan-negozjati u tal-konklużjoni, kif ukoll fl-eżekuzzjoni tal-impenji meħuda, madankollu dan il-prinċipju ma jistax jiġġustifika li l-Kunsill ma josservax ir-regoli tal-proċedura u l-modalitajiet ta’ votazzjoni previsti fl-Artikolu 218 TFUE.
(ara l-punti 41, 42, 44, 48‑50, 52, 54, 55)
L-effetti ta’ att ikkontestat fil-kuntest ta’ rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu jinżammu għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, b’mod partikolari meta l-effetti immedjati tal-annullament ta’ dan l-att iwasslu għal konsegwenzi negattivi serji u meta l-legalità ta’ tali att ma tkunx ikkontestata minħabba l-għan jew il-kontenut tiegħu, iżda minħabba raġunijiet ta’ inkompetenza tal-awtur tiegħu jew ta’ ksur tal-forom proċedurali sostanzjali.
L-istess jgħodd għad-Deċiżjoni 2011/708, dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru konkluż bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, li l-annullament tagħha b’effett immedjat ikun jista’ jwassal għal konsegwenzi serji fuq ir-relazzjonijiet tal-Unjoni mal-Istati terzi kkonċernati kif ukoll fuq l-operaturi ekonomiċi li jeżerċitaw l-attività tagħhom tat-trasport bl-ajru u li setgħu jibbenefikaw mill-applikazzjoni provviżorja tal-imsemmi ftehim.
(ara l-punti 60, 61)
1. Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Istati Membri li tawtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ ftehim internazzjonali mħallat — Inklużjoni
(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri 2011/708)
2. Rikors għal annullament — Rikors tal-Istati Membri, tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni — Ammissibbiltà mhux suġġetta għall-prova ta’ interess ġuridiku
(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)
3. Ftehimiet internazzjonali — Kompetenzi tal-Unjoni u tal-Istati Membri — Deċiżjoni konġunta tal-Kunsill u tal-Istati Membri li tikkonċerna l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ ftehim imħallat u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu fuq il-livell nazzjonali — Inammissibbiltà — Obbligu ta’ osservanza tat-tqassim tal-kompetenzi u tar-regoli tal-proċedura u tal-votazzjoni previsti fit-Trattat
(Artikolu 13(2) TUE; Artikolu 218(2)(5) u (8) TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri 2011/708)
4. Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Żamma tal-effetti tal-att ikkontestat sas-sostituzzjoni ta’ dan tal-aħħar fi żmien raġonevoli — Ġustifikazzjoni bbażata fuq raġunijiet ta’ ċertezza legali
(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri 2011/708)
1. Ir-rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE għandu jkun miftuħ għad-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, indipendentement min-natura tagħhom jew mill-forma tagħhom, sakemm dawn ikunu intiżi li jipproduċu effetti legali. Għandha titqies li hija att tal-Kunsill li fir-rigward tiegħu jista’ jiġi ppreżentat rikors għal annullament deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri li tikkonċerna l-iffirmar ta’ ftehim ta’ adeżjoni ta’ Stati terzi għal ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni u ta’ ftehim anċillari f’isem l-Unjoni, kif ukoll li tikkonċerna l-applikazzjoni provviżorja ta’ dawn il-ftehimiet mill-Unjoni, minn naħa, u mill-Istati Membri, min-naħa l-oħra, peress li l-Kunsill ipparteċipa fid-deċiżjonijiet adottati fuq dawn il-punti kollha.
(ara l-punti 14, 15, 17)
2. Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 18)
3. Skont l-Artikolu 13(2) TUE, kull istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati, u skont il-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-finijiet previsti minnhom. F’dan ir-rigward, ir-regoli dwar il-formazzjoni tar-rieda tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jiġu stabbiliti mit-Trattati u la huma għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u lanqas tal-istituzzjonijiet stess.
F’dak li jirrigwarda deċiżjoni li tawtorizza l-iffirmar ta’ ftehim bejn l-Unjoni u xi Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali u, jekk ikun il-każ, l-applikazzjoni provviżorja tiegħu mill-Unjoni, skont l-Artikolu 218(5) TFUE, ebda kompetenza ma hija rrikonoxxuta lill-Istati Membri, peress li d-deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kunsill. Għandha għaldaqstant tiġi annullata deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri li tawtorizza l-iffirmar ta’ ftehim imħallat f’isem l-Unjoni u li tipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tiegħu, li fir-realtà tgħaqqad żewġ atti differenti, jiġifieri, minn naħa, att dwar l-iffirmar tal-imsemmi ftehim f’isem l-Unjoni u dwar l-applikazzjoni provviżorja tiegħu minn din tal-aħħar u, min-naħa l-oħra, att dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim mill-Istati Membri, mingħajr ma huwa possibbli li ssir distinzjoni ta’ liema att jirrifletti r-rieda tal-Kunsill u liema att jirrifletti r-rieda tal-Istati Membri. Billi sar hekk, il-Kunsill kien involut, bħala istituzzjoni tal-Unjoni, fl-adozzjoni tal-att li jikkonċerna l-applikazzjoni provviżorja ta’ ftehim imħallat mill-Istati Membri, filwaqt li qabelxejn tali att jaqa’ taħt id-dritt intern ta’ kull wieħed minn dawn l-Istati u, sussegwentement, taħt id-dritt internazzjonali. Barra minn hekk, peress li l-Artikolu 218(8) TFUE jipprevedi li l-Kunsill għandu jiddeċiedi, f’isem l-Unjoni, b’maġġoranza kwalifikata, iż-żewġ atti differenti, miġbura fl-imsemmija deċiżjoni, ma jistgħux jiġu adottati b’mod validu fl-ambitu ta’ proċedura unika. Issa, l-att li jikkonċerna l-applikazzjoni provviżorja ta’ ftehim imħallat mill-Istati Membri jimplika qbil tar-rappreżentanti ta’ dawn l-Istati, u għaldaqstant il-ftehim unanimu tagħhom.
Barra minn hekk, minkejja li huwa minnu li, fil-qasam tal-ftehimiet imħalltin, għandha tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kemm fil-proċess tan-negozjati u tal-konklużjoni, kif ukoll fl-eżekuzzjoni tal-impenji meħuda, madankollu dan il-prinċipju ma jistax jiġġustifika li l-Kunsill ma josservax ir-regoli tal-proċedura u l-modalitajiet ta’ votazzjoni previsti fl-Artikolu 218 TFUE.
(ara l-punti 41, 42, 44, 48‑50, 52, 54, 55)
4. L-effetti ta’ att ikkontestat fil-kuntest ta’ rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu jinżammu għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, b’mod partikolari meta l-effetti immedjati tal-annullament ta’ dan l-att iwasslu għal konsegwenzi negattivi serji u meta l-legalità ta’ tali att ma tkunx ikkontestata minħabba l-għan jew il-kontenut tiegħu, iżda minħabba raġunijiet ta’ inkompetenza tal-awtur tiegħu jew ta’ ksur tal-forom proċedurali sostanzjali.