Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0575

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Ħaddiema — Rikonoxximent ta' diplomi u ta’ titoli — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-aċċess parzjali għal professjoni rregolata fl-Istat Membru ospitanti — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni — Għanijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-konsumaturi— Teħid inkunsiderazzjoni tal-estent tad-differenzi bejn l-oqsma ta’ attivitajiet

    (Artikolu 49 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/36, Artikoli 4(2) u 14(1))

    Summary

    L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-aċċess parzjali għall-professjoni ta’ fiżjoterapista, irregolata fl-Istat Membru ospitanti, lil ċittadin ta’ dan l-istess Stat li jkun kiseb fi Stat Membru ieħor titolu, bħal dak ta’ massaġġatur u idroterapista mediku, li jawtorizzah jeżerċita, f’dan it-tieni Stat Membru, parti mill-attivitajiet koperti mill-professjoni ta’ fiżjoterapista, meta d-differenzi bejn l-oqsma ta’ attivitajiet huma tant kbar li fir-realtà jkun hemm bżonn li jiġi segwit taħriġ sħiħ sabiex jingħata aċċess għall-professjoni ta’ fiżjoterapista.

    Fil-fatt, tali leġiżlazzjoni tista’ tostakola jew tiskoraġġixxi l-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment u tista’ tiġi ġġustifikata biss jekk ikun hemm raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku. F’dan ir-rigward, minn naħa, minkejja li l-professjoni ta’ fiżjoterapista u, għaldaqstant, dik ta’ massaġġatur ta’ kull tip, ma taqax fil-qasam tal-professjonijiet mediċi nfushom iżda fil-qasam paramediku, dan il-qasam, li jkopri firxa wiesgħa ta’ attivitajiet ta’ natura eteroġena, ma jistax jevita minnu nnifsu s-sistema ta’ rikonoxximent reċiproku tal-professjonijiet irregolati, kif stabbilita mid-dritt tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, d-destinatarju tas-servizzi pprovduti minn massaġġatur u idroterapista mediku jibbenefika de facto mill-viġilanza partikolari li għandu jkun hemm fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa. Għaldaqstant, l-esklużjoni ta’ aċċess anki parzjali għall-professjoni ta’ fiżjoterapista tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tal-protezzjoni tal-konsumaturi iżda wkoll minn dak meħtieġ fuq il-livell tal-protezzjoni tas-saħħa fil-każ fejn, fl-Istat Membru ta’ oriġini u f’dak ospitanti, il-livell ta’ xebh bejn iż-żewġ professjonijiet huwa tali li huma jistgħu jiġu kkwalifikati bħala “paragunabbli” u, għalhekk, bħala tal-“istess professjoni”, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2005/36, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali. F’każ bħal dan, l-oqsma li ma ġewx koperti mit-taħriġ tal-applikant meta mqabbel ma’ dak mitlub fl-Istat Membru ospitanti jistgħu jiġu effettivament koperti permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ kumpens previsti fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2005/36 u b’hekk tiġi żgurata integrazzjoni sħiħa tal-persuna kkonċernata fis-sistema professjonali tal-Istat Membru ospitanti.

    Min-naħa l-oħra, f’każijiet li ma humiex koperti mid-Direttiva 2005/36, meta d-differenzi bejn l-oqsma ta’ attivitajiet huma tant kbar li fir-realtà jkun hemm bżonn li jiġi segwit taħriġ sħiħ sabiex ikunu jistgħu jiġu eżerċitati, fi Stat Membru ieħor, l-attivitajiet li għalihom il-persuna hija kkwalifikata, tali rekwiżit jikkostitwixxi fattur li, minn perspettiva oġġettiva, jista’ jwassal lill-persuna kkonċernata sabiex ma teżerċitax dawn l-attivitajiet fl-Istat Membru ospitanti.

    (ara l-punti 28-33, 35 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C-575/11

    Eleftherios-Themistoklis Nasiopoulos

    vs

    Ypourgos Ygeias kai Pronoias

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias)

    “Rikonoxximent ta’ diplomi u ta’ titoli — Direttiva 2005/36/KE — Professjoni ta’ fiżjoterapista — Rikonoxximent parzjali u limitat ta’ kwalifiki professjonali — Artikolu 49 TFUE”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2013

    Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Ħaddiema – Rikonoxximent ta’ diplomi u ta’ titoli – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-aċċess parzjali għal professjoni rregolata fl-Istat Membru ospitanti – Restrizzjoni – Ġustifikazzjoni – Għanijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-konsumaturi – Teħid inkunsiderazzjoni tal-estent tad-differenzi bejn l-oqsma ta’ attivitajiet