Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0377

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C-377/11

    International Bingo Technology SA

    vs

    Tribunal Económico-Administrativo Regional de Cataluña (TEARC)

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña)

    “Sitt Direttiva tal-VAT — Artikoli 11A(1)(a), 17(5) u 19(1) — Organizzazzjoni tal-logħob tat-tombla — Obbligu legali li tiġi ttrasferita parti mill-prezz tal-bejgħ tal-kartelli fil-forma ta’ rebħ lill-ġugaturi — Kalkolu tal-valur taxxabbli”

    Sommarju tas-sentenza

    1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Valur taxxabbli – Bejgħ ta’ kartelli tat-tombla – Esklużjoni tal-parti tal-prezz tal-bejgħ stabbilita minn qabel mil-liġi u li hija intiża għall-ħlas tar-rebħ lill-ġugaturi

      (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 11A(1)(a))

    2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Tnaqqis pro rata – Kalkolu – Dħul mill-bejgħ li għandu jkun inkluż fid-denominatur tal-frazzjoni – Parti, stabbilita minn qabel mil-liġi, tal-prezz tal-bejgħ tal-kartelli tat-tombla li għandha titħallas lill-ġugaturi bħala rebħ – Esklużjoni

      (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikoli 11A(1)(a), 17(5), u 19(1))

    1.  L-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, kif emendata bid-Direttiva 98/80, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ tal-bejgħ ta’ kartelli tat-tombla, il-valur taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud ma jinkludix il-parti tal-prezz ta’ dawn il-kartelli stabbilita minn qabel mil-liġi u li hija intiża għall-ħlas tar-rebħ lill-ġugaturi.

      Peress li l-parti tal-prezz tal-bejgħ tal-kartelli li hija mqassma bħala rebħ lill-ġugaturi hija stabbilita minn qabel u hija obbligatorja, din ma tistax titqies bħala li tifforma parti mill-kunsiderazzjoni riċevuta mill-organizzatur tal-logħba għall-provvista li huwa pprovda, kunsiderazzjoni li tikkostitwixxi l-valur taxxabbli.

      (ara l-punti 25, 28, 33 u d-dispożittiv 1)

    2.  L-Artikoli 17(5) u 19(1) tas-Sitt Direttiva 77/388, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, kif emendata bid-Direttiva 98/80, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri ma jistgħux jipprevedu li, għall-finijiet tal-kalkolu tal-proporzjon tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud, il-parti, stabbilita minn qabel mil-liġi, tal-prezz tal-bejgħ tal-kartelli tat-tombla li għandha titħallas lill-ġugaturi bħala rebħ tifforma parti mid-dħul mill-bejgħ li għandu jiġi inkluż fid-denominatur tal-frazzjoni msemmija fl-imsemmi Artikolu 19(1).

      Fil-fatt, l-ewwel nett, Stat Membru ma jistax, fil-prinċipju, japplika fir-rigward ta’ operazzjonijiet partikolari regola għad-determinazzjoni tal-valur taxxabbli differenti mir-regola ġenerali prevista fl-Artikolu 11A(1)(a) tad-Direttiva. It-tieni nett, din il-parti ma għandhiex tiġi integrata fil-valur taxxabbli u, għaldaqstant, ma tistax titqies bħala li tifforma parti mid-dħul mill-bejgħ tal-organizzatur tal-logħba.

      (ara l-punti 37-39 u d-dispożittiv 2)

    Top

    Kawża C-377/11

    International Bingo Technology SA

    vs

    Tribunal Económico-Administrativo Regional de Cataluña (TEARC)

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña)

    “Sitt Direttiva tal-VAT — Artikoli 11A(1)(a), 17(5) u 19(1) — Organizzazzjoni tal-logħob tat-tombla — Obbligu legali li tiġi ttrasferita parti mill-prezz tal-bejgħ tal-kartelli fil-forma ta’ rebħ lill-ġugaturi — Kalkolu tal-valur taxxabbli”

    Sommarju tas-sentenza

    1. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Valur taxxabbli — Bejgħ ta’ kartelli tat-tombla — Esklużjoni tal-parti tal-prezz tal-bejgħ stabbilita minn qabel mil-liġi u li hija intiża għall-ħlas tar-rebħ lill-ġugaturi

      (Direttiva tal-Kunsill 77/388, Artikolu 11A(1)(a))

    2. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa — Tnaqqis pro rata — Kalkolu — Dħul mill-bejgħ li għandu jkun inkluż fid-denominatur tal-frazzjoni — Parti, stabbilita minn qabel mil-liġi, tal-prezz tal-bejgħ tal-kartelli tat-tombla li għandha titħallas lill-ġugaturi bħala rebħ — Esklużjoni