This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CD0017
This document does not exist in English.
This document does not exist in English.
Kawża C-17/11 RX
Il-Kummissjoni vs Petrilli
“Eżami mill-ġdid”
Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla speċjali prevista fl-Artikolu 123b tar-Regoli tal-Proċedura) tat-8 ta’ Frar 2011
Sommarju tas-sentenza
Eżami mill-ġdid – Konstatazzjoni ta’ ħsara lill-unità jew lill-koerenza tad-dritt tal-Unjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni
(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 62; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 123b)
Ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid, li tiddeċiedi fuq il-mertu ta’ żvilupp tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali magħmula mill-Qorti Ġenerali nnifisha meta tiddeċiedi bħala qorti tal-appell.
Il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għadha ma ddeċidietx fuq punt ta’ liġi ma huwiex, fih innifsu, suffiċjenti sabiex jiġġustifika eżami mill-ġdid skont l-Artikolu 64 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, inkwantu issa huwa biss il-kompitu tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jiżviluppaw il-ġurisprudenza fil-qasam tas-servizz pubbliku, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni biss sabiex tevita li d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali ma jippreġudikawx l-unità u l-koerenza tad-dritt tal-Unjoni.
(ara l-punt 4)