Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0417

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-417/10

Ministero dell’Economia e delle Finanze

u

Agenzia delle Entrate

vs

3M Italia SpA

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione)

“Tassazzjoni diretta — Għeluq ta’ proċeduri pendenti quddiem il-qorti li tagħti deċiżjoni fl-aħħar istanza fil-qasam fiskali — Abbuż ta’ dritt — Artikolu 4(3) TUE — Libertajiet iggarantiti mit-Trattat — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Għajnuna mill-Istat — Obbligu li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni”

Sommarju tas-sentenza

Stati Membri — Obbligi — Obbligu ta’ kooperazzjoni leali — Eżekuzzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt — Moviment liberu tal-kapital — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Regoli dwar l-għajnuna mill-Istat — Tassazzjoni diretta tal-Istati Membri

(Arikolu 4(3) TUE; Artikoli 63 TFUE u 107(1) TFUE)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt, l-Artikolu 4(3) TUE, il-libertajiet iggarantiti mit-TFUE, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll l-obbligu li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni, f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali dwar it-tassazzjoni diretta, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għeluq ta’ proċeduri pendenti quddiem il-qorti li tagħti deċiżjoni fl-aħħar istanza fil-qasam fiskali, permezz ta’ ħlas ta’ somma ekwiparabbli għal 5 % tal-valur tal-kawża, meta dawn il-proċeduri jirriżultaw minn rikors li jkun ġie ppreżentat fl-ewwel istanza iktar minn għaxar snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni u l-awtorità tat-taxxa tkun tilfet fl-ewwel żewġ istanzi ġudizzjarji.

Fi kwalunkwe każ, fid-dritt tal-Unjoni ma hemm ebda prinċipju ġenerali li minnu jirriżulta obbligu għall-Istati Membri li jissieltu kontra prattiki abbużivi fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjoni nazzjonali meta t-tranżazzjoni taxxabbli inkwistjoni fil-proċeduri pendenti tirriżulta minn tali prattiki u ma jkunx hemm inkwistjoni d-dritt tal-Unjoni.

Barra minn hekk, tali dispożizzjoni ma tistax titqies li hija għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Fil-fatt, vantaġġi li jirriżultaw minn miżura ġenerali applikabbli mingħajr distinzjoni fir-rigward tal-operaturi ekonomiċi kollha ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat. Għalhekk, jekk jitqies li l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq tista’ tirriżulta, f’sitwazzjoni partikolari, f’vantaġġ għall-benefiċjarju ta’ din dispożizzjoni, din hija ġeneralment applikabbli għall-kontribwenti kollha li huma partijiet fi proċedura pendenti fil-qasam fiskali quddiem il-qorti tal-aħħar istanza, indipendentement min-natura tat-taxxa inkwistjoni, peress li din il-proċedura nbdiet b’rikors ippreżentat fl-ewwel istanza iktar minn għaxar snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni u l-awtorità tat-taxxa tilfet fl-ewwel żewġ istanzi ġudizzjarji. Il-fatt li l-kontribwenti biss li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jibbenefikaw minn din il-miżura ma jistax, fih innifsu, jagħtiha natura selettiva. Fil-fatt, il-persuni li ma għandhomx tali dritt ma jinsabux f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika simili għal dik tal-imsemmija kontribwenti fir-rigward tal-għan mixtieq mil-leġiżlatur nazzjonali, li huwa li jiġi żgurat il-prinċipju ta’ terminu raġonevoli.

Fin-nuqqas ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni, ma jistax jiġi kkunsidrat li tali dispożizzjoni, sa fejn għandha l-effett, bħal kull dispożizzjoni oħra li tipprovdi l-estinzjoni tal-proċeduri qabel l-intervent ta’ deċiżjoni fuq il-mertu, li tipprekludi lill-qorti nazzjonali tal-aħħar istanza milli teżerċita l-istħarriġ tal-legalità tagħha fil-proċeduri kkonċernati skont id-dritt tal-Unjoni, wara li, skont il-każ, tkun ressqet proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE, tmur kontra l-obbligu tal-qrati nazzjonali tal-aħħar istanza li jiżguraw, fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tagħhom, applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni.

(ara l-punti 32, 39, 41, 42, 44, 46, 47 u d-dispożittiv)

Top

Kawża C-417/10

Ministero dell’Economia e delle Finanze

u

Agenzia delle Entrate

vs

3M Italia SpA

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione)

“Tassazzjoni diretta — Għeluq ta’ proċeduri pendenti quddiem il-qorti li tagħti deċiżjoni fl-aħħar istanza fil-qasam fiskali — Abbuż ta’ dritt — Artikolu 4(3) TUE — Libertajiet iggarantiti mit-Trattat — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Għajnuna mill-Istat — Obbligu li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni”

Sommarju tas-sentenza

Stati Membri – Obbligi – Obbligu ta’ kooperazzjoni leali – Eżekuzzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt – Moviment liberu tal-kapital – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Regoli dwar l-għajnuna mill-Istat – Tassazzjoni diretta tal-Istati Membri