This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TO0264
Sommarju tad-digriet
Sommarju tad-digriet
Keywords
Subject of the case
Parti operattiva
Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Istituzzjoni Komunitarja - Delegazzjoni tal-Kummissjoni - Esklużjoni - Rikors li jirrigwarda n-nuqqas li tittieħed azzjoni mid-delegazzjoni - Inammissibbiltà (Artikolu 20 UE) (ara l-punti 70, 71)
2. Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Intimazzjoni tal-Istituzzjoni - Kundizzjonijiet - Talba espliċita u preċiża (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 232 KE) (ara l-punti 84, 85)
3. Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Termini - Natura ta’ ordni pubbliku - Preżentata tardiva tar-rikors - Dekadenza (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 232 KE) (ara l-punti 92-94)
4. Rikors għad-danni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Unjoni - Limiti - Ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq drittijiet derivanti minn kuntratti bil-għan li tinkiseb l-eżekuzzjoni tagħhom - Esklużjoni (Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punt 116)
5. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Illegalità - Dannu - Rabta kawżali - Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet - Rikors għad-danni miċħud kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 117, 118)
6. Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kundizzjonijiet - Rabta kawżali - Kunċett - Oneru tal-prova (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 120-122)
Suġġett
Rikors intiż, minn naħa waħda, sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Marokk u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba, b’mod partikolari, dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.
2) Tecnoprocess Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.