Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CJ0379

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    1. Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Artikolu 48 TFUE — Effett dirett — Assenza

    (Artikolu 48 TFUE)

    2. Moviment liberu tal-persuni — Ħaddiema — Trattament ugwali — Pensjoni addizzjonali — Kundizzjonijiet għall-akkwist irregolati minn ftehim kollettiv

    (Artikolu 45 TFUE)

    Summary

    1. L-Artikolu 48 TFUE ma għandux effett dirett li jista’ jiġi invokat minn individwu kontra persuna li timpjegah fis-settur privat fil-kuntest ta’ kawża li tittressaq quddiem il-qrati nazzjonali.

    (ara l-punt 16, dispożittiv 1)

    2. L-Artikolu 45 TFUE jipprekludi, fil-kuntest ta’ applikazzjoni mandatorja ta’ ftehim kollettiv ta’ xogħol:

    - li, għad-determinazzjoni tal-perijodu tal-kisba tad-drittijiet definittivi għall-benefiċċji ta’ pensjoni addizzjonali fi Stat Membru, ma jittiħdux inkunsiderazzjoni s-snin ta’ servizz imwettqa minn ħaddiem għall-istess persuna li timpjegah fi stabbilimenti tagħha li jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti u bis-saħħa tal-istess kuntratt ta’ xogħol ġenerali, u

    - li, ħaddiem li jkun ġie ttrasferit minn stabbiliment tal-persuna li timpjegah li jinsab fi Stat Membru għal stabbiliment ieħor tal-istess persuna li timpjegah li jkun jinsab fi Stat Membru ieħor, jitqies li jkun telaq lil tali persuna li timpjegah fuq inizjattiva tiegħu stess.

    (ara l-punt 36, dispożittiv 2)

    Top