Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007FO0070(01)

    Sommarju tad-digriet

    Staff case summary

    Staff case summary

    Sommarju

    Proċedura – Spejjeż – Tassazzjoni – Suġġett

    (Artikolu 236 KE; Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 92(1); Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91)

    Il-leġiżlatur stabbilixxa proċedura speċifika ta’ tassazzjoni tal-ispejjeż meta l-partijiet ma jaqblux dwar l-ammont u n-natura tal-ispejjeż li jistgħu jinġabru wara sentenza jew digriet li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali temmet kawża u ddeċidiet dwar l-oneru tal-ispejjeż. Barra minn hekk, din il-proċedura speċifika, prevista fl-Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, dwar l-intaxxar tal-ispejjeż, teskludi talbiet għall-istess somom, jew somom imħallsa għall-istess għanijiet, fil-kuntest ta’ azzjoni li tpoġġi fid-dubju r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità. B’hekk, rikorrent ma jistax jippreżenta, fuq il-bażi tal-Artikolu 236 KE u tal-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, rikors li għandu, fir-realtà, l-istess suġġett ta’ talba għall-intaxxar tal-ispejjeż.

    (ara l-punti 16, 17)

    Referenza:

    Il‑Qorti tal-Prim’Istanza: 11 ta’ Lulju 2007, Schneider Electric vs Il‑Kummissjoni, T‑351/03, Ġabra p. II‑2237, punt 297

    Top