Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CJ0463

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ l-assigurazzjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikoli 9(1)(b) u 11(2))

    Summary

    Ir-riferiment magħmul mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għall-Artikolu 9(1)(b) tiegħu għandu jiġi interpretat fis-sens li parti leża tista’ tressaq azzjoni diretta kontra min jassigura quddiem il-qorti tal-post fejn hija tkun domiċiljata fi Stat Membru, fejn tali azzjoni diretta hija possibbli u li min jassigura jkun stabbilit fit-territorju ta’ Stat Membru. Fil-fatt l-imsemmi riferiment iwassal biex jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din ir-regola għal xi kategoriji ta’ rikorrenti, li jaġixxu kontra min jassigura, barra dak li jkollu l-polza ta’ assigurazzjoni, l-assigurat jew il-benefiċjarju tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni. B’hekk, l-għan ta’ dan ir-riferiment huwa li jżid mal-lista ta’ rikorrenti, li tinsab fl-Artikolu 9(1)(b), il-persuni li jkunu sofrew dannu. Din l-interpretazzjoni hija wkoll ibbażata fuq l-għan tar-regolament, li huwa intiż biex jiggarantixxi protezzjoni iktar vantaġġjuża lill-partijiet dgħajfa minn dawk li jippermettulhom ir-regoli ġenerali ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti mir-Regolament Nru 44/2001 .

    (ara l-punti 26, 28, 30-31 u d-dispożittiv)

    Top