Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62005CJ0330

Sommarju tas-sentenza

Keywords
Summary

Keywords

1. Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-liġijiet — Dazji tas-sisa — Direttiva 92/12 — Prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa — Determinazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn jiġi impost dan id-dazju

(Direttiva tal-Kunsill 92/12, Artikolu 9(3))

2. Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-liġijiet — Dazji tas-sisa — Direttiva 92/12 — Prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa — Determinazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn jiġi impost dan id-dazju

(Direttiva tal-Kunsill 92/12, Artikolu 9(3))

3. Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-liġijiet — Dazji tas-sisa — Direttiva 92/12 — Prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa — Determinazzjoni ta’ l-Istat Membru fejn jiġi impost dan id-dazju

(Direttiva tal-Kunsill 92/12, Artikoli 7(4) u 9(3))

Summary

1. L-Artikolu 9(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, ma jippermettix li jiġi ssuġġettat, b’mod ġenerali, għall-ħlas ta’ dazju tas-sisa fl-Istat Membru kkonċernat ta’ konsum, iż-żejt għat-tisħin akkwistat fi Stat Membru ieħor minn individwu privat għall-użu tiegħu, u ttrasportat minnu stess lejn l-imsemmi Stat Membru, ikun xi jkun il-mezz li dan l-individwu privat ikun uża għal dan it-trasport.

Fil-fatt, Stat Membru jista jeżerċita l-għażla prevista f’din id-dispożizzjoni biss meta t-trasport tal-merkanzija jkun sar minn individwu privat permezz ta’ trasport li jaqa’ fil-kunċett ta’ “modi ta’ trasport atipiċi” kif inhu ddefinit fl-imsemmija dispożizzjoni.

(ara l-punti 31-32 u d-dispożittiv 1)

2. It-trasport minn individwu privat ta’ 3 000 litru żejt għat-tisħin fi tliet GRV mgħobbija fuq vann jikkostitwixxi “mod ta’ trasport atipiku” skond l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 92/12, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti.

(ara l-punt 41 u d-dispożittiv 2)

3. L-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 92/12, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ta’ destinazzjoni li fiha d-dazju jiġi impost, kif inhu permess taħt l-Artikolu 9(3) ta’ din id-direttiva, li timponi fuq kull individwu privat li jakkwista personalment u għall-użu tiegħu żejt għat-tisħin fi Stat Membru ieħor fejn din il-merkanzija tkun ġiet irrilaxxata għall-konsum, u li jittrasporta huwa stess l-imsemmija merkanzija lejn dan l-Istat Membru ta’ destinazzjoni permezz ta’ “mod ta’ trasport atipiku” skond l-imsemmi Artikolu 9(3), li jikkostitwixxi garanzija sabiex jiggarantixxi l-ħlas ta’ dazju tas-sisa u li jkollu dokument mehmuż kif ukoll dokument li jiċċertifika l-kostituzzjoni ta’ din il-garanzija.

Fil-fatt, kif jirriżulta mit-tielet premessa u mill-Artikolu 18 tad-direttiva, l-għan tad-dokument mehmuż huwa b’mod partikolari li jidentifika l-merkanzija ttrasportata kif ukoll li tkun magħrufa l-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tad-dejn fiskali li huma jkollhom ; għal dan il-għan ma jistax għalhekk jiġi eskluż illi Stat Membru ta’ destinazzjoni jkun jista’ jimponi, fil-każ ta’ trasport ta’ żejt għat-tisħin minn individwu privat skond mod ta’ trasport atipiku, li dan ta’ l-aħħar ikollu tali dokumenti.

(ara l-punti 54-56 u d-dispożittiv 3)

Top