Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014L0057

    Sanzjonijiet kriminali għall-abbuż tas-suq

    Sanzjonijiet kriminali għall-abbuż tas-suq

    Din il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea għandha l-għan illi ttejjeb l-integrità tas-swieq finanzjarji Ewropej.

    ATT

    Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq).

    SOMMARJU

    Abbużi li jseħħu fuq is-swieq finanzjarji, eżempju meta parteċipanti tas-swieq ixerrdu informazzjoni falza fuq il-prezzijiet tal-prodotti finanzjarji, jistgħu jkunu ta’ detriment serju għall-konsumaturi, għall-investituri u għall-ekonomija in ġenerali.

    Dan l-att jistabbilixxi sanzjonijiet kriminali għall-abbużi tas-swieq l-aktar serji, li jkunu saru b'mod intenzjonali. Ir-regoli l-ġodda għandhom ikunu applikabbli mhux aktar tard minn Lulju 2016 fil-pajjiżi kollha tal-UE.

    PUNTI PRINĊIPALI

    1.

    Sanzjonijiet għal nies (persuni naturali) - sentenzi ta’ ħabs

    Skont ir-regoli l-ġodda, negozjati b'għarfien ta' informazzjoni privata u manipulazzjoni tas-suq, huma punibbli b’terminu massimu ta’ ħabs ta’ mill-anqas erba’ snin.

    Manipulazzjoni tas-suq tikkonsisti fil-manipulazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti finanazjarji b'mod artifiċjali. Eżempju, dan jista’ jseħħ meta individwu jxerred informazzjoni falza dwar il-provvista, id-domanda jew il-prezz ta’ prodott finanzjarju.

    Negozjati b'għarfien ta' informazzjoni privata huwa meta individwu jinnegozja prodott finanzjarju b’aċċess għal “informazzjoni privata”. Din hija informazzjoni kunfidenzjali relatata mal-prodott finanzjarju nnegozjat jew mal-kumpanija li ħarġitu fis-suq. Aċċess għal din l-informazzjoni jagħti vantaġġ mhux ġust.

    Kxif illegali ta’ “informazzjoni privata” huwa wkoll ikkunsidrat bħala offiża punibbli b’terminu massimu ta’ ħabs ta’ mill-anqas sentejn. Dan isir meta individwu jikxef “informazzjoni privata” lil persuni oħrajn sakemm il-kxif ma jsirx fl-eżerċizzju regolari tal-professjoni.

    2.

    Sanzjonijiet għal kumpaniji miżmuma responsabbli (persuni ġuridiċi)

    Ir-regoli jipprovdu li kumpaniji li huma miżmuma responsabbli għal offiżi ta’ abbuż mis-suq huma soġġetti kemm għal penali kriminali kif ukoll għal penali mhux kriminali. Jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet oħrajn bħal skwalifika temporanja jew permanenti mill-prattika tal-attivitajiet kummerċjali.

    Regolament (UE) Nru 596/2014, adottat flimkien ma’ dawn ir-regoli l-ġodda isaħħaħ is-sanzjonijiet amministrattivi li jistgħu jiġu imposti wkoll fuq abbużi mis-suq. Isaħħaħ ukoll il-poteri investigattivi tar-regolaturi nazzjonali sabiex jinkixfu abbużi fuq is-swieq finanzjarji.

    REFERENZI

    Att

    Dħul fis-seħħ

    Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    Id-Direttiva 2014/57/EU

    2.7.2014

    3.7.2016

    ĠU L 173 tat-12.6.2014

    ATTI RELATATI

    Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173 tat-12.6.2014).

    l-aħħar aġġornament 04.08.2014

    Fuq