EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0776

Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Status legali tad-dokument Din it-taqsira ġiet arkivjata u mhux se tkun aġġornata Ara 'Programmi tal-UE — aġenziji' għall-informazzjoni aġġornata dwar is-suġġett.

Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni 2013/776/UE li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

PUNTI EWLENIN

L-EACEA hija waħda mill-aġenziji eżekuttivi tal-UE stabbiliti f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003. Bħall-aġenziji eżekuttivi l-oħrajn, hija tmexxi l-programmi tal-UE f’isem il-Kummissjoni Ewropea.

Objettivi u kompiti

L-EACEA hija responsabbli mill-ġestjoni ta’ ċerti aspetti mill-programmi tal-UE li ġejjin:

Hija tikkoordina wkoll proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja taħt il-baġits segwenti għall-kooperazzjoni esterna tal-UE:

Il-kompiti ta’ ġestjoni tal-EACEA jinkludu:

  • id-definizzjoni tal-kundizzjonijiet għall-finanzjament,
  • l-evalwazzjoni ta’ offerti għal proġetti,
  • il-ġestjoni finanzjarja ta’ proġetti ta’ suċċess u l-kooperazzjoni mal-benefiċjarji,
  • il-monitoraġġ tal-progress ta’ proġetti,
  • l-ippubbliċizzar tar-riżultati ta’ proġetti.

L-EACEA hija responsabbli għall-ġestjoni tan-netwerk Eurydice li jipprovdi analiżi u data komparabbli dwar is-sistemi u l-politiki tal-edukazzjoni Ewropej.

Struttura, finanzjament u superviżjoni

Sabiex tmexxi l-EACEA, il-Kummissjoni taħtar kumitat ta’ tmexxija kull sentejn u direttur kull erba’ snin.

L-EACEA tirċievi finanzjament mill-baġit ġenerali tal-UE u mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, kif ukoll minn pajjiżi mhux tal-UE li jipparteċipaw fil-programmi tagħha.

Il-Kummissjoni tissorvelja l-ħidma tal-EACEA. L-EACEA tirrapporta lilha regolarment dwar l-implimentazzjoni tal-programmi li hija responsabbli għalihom.

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Id-deċiżjoni ilha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

SFOND

Id-deċiżjoni tissostitwixxi d-Deċiżjoni 2009/336/KE u terġa’ tistabbilixxi l-EACEA għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2024. L-EACEA, li oriġinarjament ġiet stabbilita fl-2006, hija bbażata Brussell.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/776/UE tat-18 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi “l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE (ĠU L 343, 19.12.2013, pp. 46-53)

Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2013/776/UE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1716 tat-13 ta’ Novembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/776/UE li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (ĠU L 286, 14.11.2018, pp. 33-34)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1-8)

l-aħħar aġġornament 03.05.2019

Fuq