Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0654

    Baned ta’ frekwenzi għall-komunikazzjoni elettronika

    Baned ta’ frekwenzi għall-komunikazzjoni elettronika

     

    SOMMARJU TA’:

    Id-Direttiva 87/372/KEE dwar il-firxiet ta’ frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni kordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità

    Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (UE) 2024/340 dwar kundizzjonijiet armonizzati għall-użu ta’ spettru tar-radju għal servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq il-bastimenti fl-Unjoni

    Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (UE) 2022/173 dwar l-armonizzazzjoni tal-baned ta’ frekwenzi 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fl-UE

    Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (UE) 2020/667 li taġġorna l-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-baned ta’ frekwenzi 1 920-1 980 MHz u 2 110-2 170 MHz

    Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (UE) 2020/636 li temenda d-Deċiżjoni 2008/477/KE dwar kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-banda ta’ frekwenza 2 500-2 690 MHz

    Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (UE) 2020/590 li temenda d-Deċiżjoni 2019/784 dwar kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-banda ta’ frekwenza 24.25 -27.5 GHz

    Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (UE) 2019/784 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenza 24.25 -27.5 GHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni tal-broadband mingħajr fili fl-Unjoni

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/235 li temenda d-Deċiżjoni 2008/411/KE fir-rigward ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz

    Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (UE) 2018/661 li temenda d-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (UE) 2015/750 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenza 1 452-1 492 Mhz għal sistemi terristri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni fir-rigward tal-estenzjoni tagħha fil-baned tal-frekwenzi armonizzazzati 1 427-1 452 MHz u 1 492-1 517 MHz

    Deċiżjoni (UE) 2017/899 dwar l-użu tal-banda ta’ frekwenza 470-790 MHz fl-Unjoni

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2317 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/654/UE, biex tiġi ssimplifikata l-operazzjoni tal-komunikazzjoni mobbli abbord l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fl-Unjoni

    Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (UE) 2016/687 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenza 694 -790 MHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fil u għal użu nazzjonali flessibbli fl-Unjoni

    Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (UE) 2015/750 dwar l-armonizzazzjoni tal-baned ta’ frekwenzi 1 452 MHz u -1 492 MHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni

    Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni (UE) 2014/276 dwar Deċiżjoni emendatorja 2008/411/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenzi 3 400-3 800 MHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/654/UE li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA)

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/688/UE dwar l-armonizzazzjoni tal-baned ta’ frekwenzi 1920-1980 MHz u 2110-2170 MHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni

    Deċiżjoni 2010/267/UE dwar kundizzjonijiet armonizzati tekniċi dwar l-użu tal-banda ta’ frekwenzi 790-862 MHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni Ewropea

    Deċiżjoni 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-baned ta’ frekwenzi 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni

    Deċiżjoni 2008/477/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-baned ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-Komunità

    Deċiżjoni 2008/411/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-baned ta’ frekwenzi 3 400-3 800 MHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-Komunità

    Id-Deċiżjoni 2008/294/KE dwar kundizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispektrum għat-tħaddim tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fil-Komunità

    Deċiżjoni 2007/98/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispektrum tar-radju fil-baned ta’ frekwenzi 2 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi li jfornu servizzi satellitari mobbli

    Id-Deċiżjoni Nru 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra

    X’INHUMA L-MIRI TAD-DIRETTIVA U TAD-DEĊIŻJONIJIET?

    • Direttiva 87/372/KEE tistabbilixxi, f’termini ġenerali, il-baned ta’ frekwenzi li jridu jkunu riżervati għal servizz pubbliku Ewropew għal komunikazzjoni mobbli ċellulari diġitali sal-1 ta’ Jannar 1991, u ssejjaħ lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jagħmlu l-preparazzjonijiet bżonnjużi kemm jista’ jkun mallajr.
    • Leġiżlazzjoni tal-UE, permezz ta’ din is-serjè ta’ deċiżjonijiet relatati mal-baned ta’ frekwenzi użati għal servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u networks, flimkien ma’ applikazzjonijiet oħra relatati mas-suq intern, tfittex tarmonizza allokazzjoni teknika u tikkoordina l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju.

    PUNTI EWLENIN

    Direttiva 87/372/KEE, bl-emendi tad-Direttiva 2009/114/KE.

    Waqt li d-Direttiva tal-Kunsill 2009/114/KE tikkonferma l-allokazzjoni tal-banda 900 megahertz (MHz) għas-Sistema Globali għal Komunikazzjonijiet Mobbli (GSM) bħala s-sistema ta’ referenza teknika f’dik il-banda, l-Istati Membri jridu jagħmlu l-baned ta’ frekwenza 880-915 MHz u 925-960 MHz (il-banda 900 MHz) disponibbli għas-sistemi GSM u s-Sistema Universali ta’ Komunikazzjoni Mobbli (UMTS), flimkien ma’ sistemi terrestri oħra kapaċi jfornu servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li jistgħu jgħixu flimkien ma’ sistemi GSM, konformi mal-politika tal-ispettru tar-radju fl-UE.

    Id-deċiżjonijiet tal-UE dwar il-wisa’ tal-banda

    • Leġiżlazzjoni tal-UE relatata mal-baned ta’ frekwenzi użati għal servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni u networks, jistgħu jkunu maqsuma f’deċiżjonijiet li jfittxu jarmonizzaw l-allokazzjoni teknika u deċiżjonijiet li jikkoordinaw l-awtorizzazzjoni tal-użu tal-ispettru.
    • Il-flessibilità tintlaħaq permezz tal-awtorizzazzjonijiet li huma kemm jista’ jkun newtrali teknoloġikament u għas-servizz ħalli l-utenti tal-ispettru tar-radju jkunu jistgħu jagħżlu l-aħjar teknoloġiji u servizzi biex japplikaw fil-baned tal-frekwenzi disponibbli għal servizzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-pjanijiet nazzjonal ta’ allokazzjoni ta’ frekwenzi.
    • Restrizzjonijiet għall-prinċipji ta’ teknoloġija u newtralità ta’ servizz japplikaw biss f’numru limitat ta’ każijiet, b’mod partikolari, fejn ikun neċessarju li tkun evitata interferenza li tagħmel ħsara, biex tipproteġi s-saħħa pubblika, biex tassikura livell adegwat ta’ kwalità ta’ servizz jew meta l-objettivi ta’ interess ġenerali jkunu involuti.
    • Numru minn dawn il-miżuri jfittxu wkoll li jikkoordinaw l-aħjar mument tal-għotja ta’ drittijiet minn Stati Membri biex jużaw spettru armonizzat b’relazzjoni mas-servizzi u networks elettroniċi ta’ komunikazzjoni. Dan jinkludi l-Kodiċi ta’ Komunikazzjonijiet Ewropej Elettroniċi, li jpoġġu fil-post regoli ġenerali għal kull spettru tar-radju li jkun ġie armonizzat konformi mad-deċiżjoni dwar l-ispettru tar-radju (Deċiżjoni Nru. 676/2002/KE — ara s-sommarju) u l-baned pijuniera għal komunikazzjonijiet broadband mingħajr fil ta’ veloċità qawwija 5G (3.6 gigahertz (GHz) u baned 26 GHz). Dan huwa ssuplimentat minn sensiela ta’ meded oħra fi frekwenzi aktar baxxi.
    • Bl-istess mod, id-Deċiżjoni (UE) 2017/899 stabilixxiet skadenza għall-użu tal-banda 700 MHz għal komunikazzjoni mobbli 5G, waqt li Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru. 243/2012/UE li jistabbilixxi programm ta’ politika tal-ispettru tar-radju kopra l-baned 800 MHz u baned armonizzati oħra (3.6 GHz, 2.6 GHz, 900 u 1 800 MHz).
    • Il-baned ta’ frekwenzi armonizzati f’dawn id-deċiżjonijiet huma dawn li ġejjin:
      • il-baned ta’ frekwenzi li għandhom jiġu riżervati għall-komunikazzjonijiet mobbli terrestri, diġitali u ċellulari fl-UE;
      • l-ispettru tar-radju għall-użu minn tagħmir għal meded qosra;
      • użu ta’ spettru għal servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq inġenji tal-ajru
      • il-banda ta’ frekwenza 3,400--3,800 MHz għal sistemi terrestri;
      • il-banda ta’ frekwenza 2,500--2,690 MHz għal sistemi terrestri;
      • il-baned ta’ frekwenzi ta’ 900 MHz u 1800 MHz għas-sistemi terrestri;
      • spettru tar-radju għal servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord bastimenti;
      • il-banda ta’ frekwenza 790--862 Mhz għal sistemi terrestri;
      • il-baned ta’ frekwenza 1,920--1,980 MHz u 2,110-2,170 MHz għal sistemi terrestri;
      • il-baned ta’ frekwenza 1,980--2,010 MHz u 2,170-2,200 MHz għal komunikazzjoni satellitari;
      • il-banda ta’ frekwenza 1,452--1,492 MHz għal sistemi terrestri u l-estenzjonijiet tagħha fil-baned ta’ frekwenza 1,427--1,452 MHz u 1,492--1,517 MHz;
      • il-banda ta’ frekwenza 694--790 MHz għal sistemi terrestri;
      • il-banda ta’ frekwenza 470--790 MHz;
      • il-banda ta’ frekwenza 24.25--27.5 GHz għal sistemi terrestri;

    MINN META JAPPLIKAW IL-DIRETTIVA U D-DEĊIŻJONI?

    Direttiva 87/372/KEE, bl-emendi tad-Direttiva 2009/114/KE kellha tkun inkorporata f’liġi nazzjonali sad-9 ta’ Mejju 2010.

    Deċiżjoni

    Data tal-applikazzjoni

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/340

    24 ta’ Jannar 2024

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/173

    09.02.2022

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/667

    19 ta’ Mejju 2020

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/636

    12 ta’ Mejju 2020

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/590

    30 ta’ April 2020

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/784

    16 ta’ Mejju 2019

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/235

    Is-26 ta’ Jannar 2019

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/661

    Is-27 ta’ April 2018

    Id-Deċiżjoni (UE) 2017/899

    L-14 ta’ Ġunju 2017

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2317

    Id-19 ta’ Diċembru 2016

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/687

    It-2 ta’ Mejju 2016

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/750

    Il-11 ta’ Mejju 2015

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/276/UE

    Il-5 ta’ Mejju 2014

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/654/UE

    It-13 ta’ Novembru 2013

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/688/UE

    Is-6 ta’ Novembru 2012

    Deċiżjoni 2010/267/UE

    Il-11 ta’ Mejju 2010

    Deċiżjoni 2009/766/KE

    Id-19 ta’ Ottubru 2009

    Deċiżjoni 2008/477/KE

    It-13 ta’ Ġunju 2008

    Deċiżjoni 2008/411/KE

    21 ta’ Mejju 2008

    Deċiżjoni 2008/294/KE

    Is-7 ta’ April 2008

    Deċiżjoni 2007/98/KE

    14 Ta’ Frar 2007

    Deċiżjoni 2006/771/KE

    Id-9 ta’ Novembru 2006

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    DOKUMENTI EWLENIN

    Id-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar il-firxiet ta’ frekwenza li għandhom jiġu riżervati għall-introduzzjoni koordinata ta’ komunikazzjonijiet mobbli pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità (ĠU L 196, 17.7.1987, pp. 85-86)

    L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 87/372/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/340 tat-22 ta’ Jannar 2024 dwar kundizzjonijiet armonizzati għall-użu ta’ spettru tar-radju għal servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli abbord bastimenti fl-Unjoni, li tħassar id-Deċiżjoni 2010/166/UE (ĠU L,. 2024/340, 24.1.2024).

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/173 tas-7 ta’ Frar 2022 dwar l-armonizzazzjoni tal-baned ta’ frekwenzi 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/766/KE (notifikata bid-dokument C(2022) 605) (ĠU L 28, 9.2.2022, pp. 29-39)

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/667 tas-6 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2012/688/UE fir-rigward ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-meded ta’ frekwenzi 1 920-1 980 MHz u 2 110-2 170 MHz (ĠU L 156, 19.5.2020, pp. 6-12)

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/636 tat-8 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2008/477/KE fir-rigward ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-meded ta’ frekwenzi 2 500-2 690 MHz (ĠU L 149, 12.5.2020, pp. 3-11)

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/590 tal-24 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/784 fir-rigward ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-meded ta’ frekwenzi 24.25 -27.5 GHz (ĠU L 138, 30.4.2020, pp. 19-22)

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/784 tal-14 ta’ Mejju 2019 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenza 24.25-27.5 GHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni (ĠU L., 127, 16.5.2019, pp. 13-22).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/235 tal-24 ta’ Jannar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2008/411/KE fir-rigward ta’ aġġornament tal-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti applikabbli għall-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz (ĠU L 37, 8.2.2019, pp. 135–143).

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/661 tas-26 ta’ April 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/750 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenza 1 452-1 492 Mhz għal sistemi terristri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fl-Unjoni fir-rigward tal-estenzjoni tagħha fil-baned ta’ frekwenza armonizzati 1 427-1 452 Mhz u 1 492-1 517 Mhz (ĠU L, 110, 30.4.2018, pp. 127-133).

    Deċiżjoni (UE) 2017/899 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-użu tal-banda ta’ frekwenzi 470–790 MHz fl-Unjoni (ĠU L 138, 25.5.2017, pp. 131-137)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2317 tas-16 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/654/UE, biex tiġi ssimplifikata l-operazzjoni tal-komunikazzjoni mobbli abbord l-inġenji tal-ajru (servizzi MCV) fl-Unjoni (ĠU L 345, 20.12.2016, pp. 67–71).

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/687 tat-28 ta’ April 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenza 694 -790 MHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fil u għal użu nazzjonali flessibbli fl-Unjoni (ĠU L. 118, 4.5.2016, pp. 4-15)

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/750 tat-8 ta’ Mejju 2015 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenza 1,452-1,492 MHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni (ĠU L., 119, 12.5.2015, pp. 27-31).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni2014/276/UE tat-2 ta’ Mejju 2014 dwar l-emendar tad-Deċiżjoni 2008/411/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (ĠU L 139, 14.5.2014, pp. 18–25).

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE tat-12 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCV) (ĠU L 303, 14.11.2013, pp. 48–51).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/688/UE tal-5 ta’ Novembru 2012 dwar l-armonizzazzjoni tal-baned ta’ frekwenza 1. 920-1 980 MHz u 2 110-2 170 MHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni (ĠU L., 307, 7.11.2012, pp. 84-88).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/267/UE tas-6 ta’ Mejju 2010 dwar kundizzjonijiet armonizzati tekniċi dwar l-użu tal-banda ta’ frekwenzi 790-862 MHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 117, 11.5.2010, pp. 95-101).

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/766/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 dwar l-armonizzazzjoni tal-baned ta’ frekwenza 900 MHz u 1 800 MHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika pan-Ewropej (ĠU L., 274, 20.10.2009, pp. 32-35).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/477/KE tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenza 2 500 -2 690 MHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika lill-Komunità (ĠU L., 163, 24.6.2008, pp. 37-41).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenza 3 400 -3 800 MHz għal sistemi terrestri kapaċi jfornu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika lill-Komunità (ĠU L., 144, 4.6.2008, pp. 77-81).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE tas-7 ta’ April 2008 dwar kundizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispettru għat-tħaddim tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fil-Komunità (ĠU L 98, 10.4.2008, pp. 19-23)

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/98/KE tal-14 ta’ Frar 2007 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru ta’ frekwenzi tar-radju fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi satellitari mobbli (notifikat bid-dokument numru C(2007) 409) (ĠU L 43, 15.2.2007, pp. 32-34)

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE tad-9 ta’ Novembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu minn apparati ta’ firxa qasira (ĠU L. 312 11.11.2006, pp. 66-70).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    DOKUMENTI RELATATI

    Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Riformulazzjoni) (ĠU L 321, 17.12.2018, pp. 36-214).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (ĠU L 108, 24.4.2002, pp. 1-6).

    l-aħħar aġġornament 20.02.2024

    Fuq