Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
jivvaluta u, jekk ikun hemm bżonn, ikejjel il-livelli tal-vibrazzjoni mekkanika li għaliha huma esposti l-ħaddiema;
iżomm għajnejh fuq l-impatt fiżiku possibbli li l-makkinarju jista’ jkollu, jiddependi fuq il-prattiċi tax-xogħol, it-tip ta’ tagħmir u l-kundizzjonijiet tal-użu;
juża mezzi u metodi xierqa biex jitkejjel l-impatt tal-vibrazzjonijiet;
jiżgura individwi kompetenti biex iwettqu valurazzjonijiet u kejl “f’intervalli xierqa”;
iżomm rekord tas-sejbiet għal konsultazzjoni futura possibbli;
jagħti attenzjoni partikolari, meta tkun qed issir valutazzjoni tar-riskju, għal ċerti fatturi, l-aktar:
il-livell, tip u tul tal-espożizzjoni,
effetti indiretti possibbli,
informazzjoni pprovduta mill-manifattur tat-tagħmir,
l-eżistenza ta’ tagħmir ta’ sostituzzjoni;
iżomm il-valutazzjoni tar-riskju aġġornata;
jidentifika l-miżuri neċessarji biex jitnaqqsu r-riskju;
jintroduċi bidliet tekniċi u organizzazzjonali jekk il-limiti tal-vibrazzjonijiet jinqabżu. Dawn jistgħu jinkludu:
metodi oħrajn ta’ ħidma jew tagħmir iddisinjat aħjar,
installazzjonijiet ta’ siġġijiet u mankijiet fuq it-tagħmir biex titnaqqas il-pressjoni fuq il-ġisem jew fuq id-dirgħajn tal-utent,
programmi ta’ manutenzjoni,
jerġa’ jinħaseb id-disinn u t-tqassim tal-postijiet tax-xogħol u tal-istazzjonijiet tax-xogħol,
limitazzjoni tat-tul u tal-intensità tal-espożizzjoni għall-vibrazzjonijiet,
implimentazzjoni ta’ skedi tax-xogħol u perjodi ta’ mistrieħ xierqa,
jiġi pprovdut ilbies għall-protezzjoni ta’ ħaddiema esposti għall-kesħa u l-umdità;
jiġu pprovduti informazzjoni u taħriġ għall-impjegati. Dan għandu jinkludi:
miżuri meħuda għall-eliminazzjoni tar-riskji jew biex dawn jitnaqqsu għal minimu,
dettalji għal-limiti tal-espożizzjoni,
riżultati tal-eżerċizzji ta’ valutazzjoni u kejl,
possibbiltà ta’ riskji ta’ korrimenti u kif dawn jistgħu jintgħarfu u jiġu rrappurtati,
prattiċi tax-xogħol siguri,
konsultazzjoni regolari u parteċipazzjoni tal-impjegati u/jew ir-rappreżentanti tagħhom.
Pajjiżi tal-UE għandhom jistabbilixxu miżuri biex jiżguraw is-sorveljanza tas-saħħa xierqa tal-ħaddiema, b’mod partikolari meta:
tista’ tiġi stabbilita rabta bejn il-vibrazzjonijiet u mard jew effetti tas-saħħa negattivi identifikabbli;
teżisti l-probabbiltà li l-mard jew l-effetti avversi huma minħabba kundizzjonijiet tax-xogħol speċifiċi;
tekniki ttestjati jistgħu jintużaw biex jiġi rilevat mard jew biex jiġu rilevati impatti fuq is-saħħa.
Meta tabib jikkunsidra li ħaddiem għandu mard identifikabbli jew qed ibati minn saħħa ħażina minħabba l-vibrazzjonijiet:
l-impjegat jiġi infurmat u avżat dwar kwalunkwe sorveljanza tas-saħħa li tista’ tkun neċessarja,
l-impjegat huwa infurmat u għandu jieħu azzjoni biex jelimina jew inaqqas ir-riskji identifikati.
Pajjiżi tal-UE jistgħu jagħmlu eżenzjoni għat-trasport bil-baħar jew bl-ajru mid-direttiva diment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.
Id-direttiva tistabbilixxi valuri ta’ azzjoni tal-espożizzjoni differenti skont jekk il-vibrazzjonijiet jaffettwawx id-driegħ u l-id jew il-ġisem sħiħ tal-utent matul ġurnata tipika ta’ 8 sigħat.
MINN META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?
Ilha tapplika mis- u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sas-.
SFOND
Użu frekwenti ta’ makkinarju tqil li jivvibra fuq ix-xogħol, jekk ma jiġix immonitorjat b’attenzjoni, jista’ jagħmel ħsara lill-muskoli, lill-għadam, lin-nifs jew anke lill-moħħ tal-utent. Il-leġiżlazzjoni toħloq bilanċ bejn li jiġu protetti l-utenti u li ma jiġux imposti piżijiet amministrattivi, finanzjarji jew legali mhux neċessarji fuq negozji żgħar u medji.
Id-Direttiva 2002/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-ħtiġijiet minimi tas-saħħa u tas-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu mill-aġenti fiżiċi (il-vibrazzjoni)(is-sittax-il Direttiva individwali fit-tifsira ta’ Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) — Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 177, , pp. 13-20)
Emendi suċċessivi u bidliet għad-Direttiva 2002/44/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat- dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, , pp. 1-8)
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 89/391/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.